Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Mijiet jinġabru fil-Belt Valletta għal Earth Hour 2024

pr240474
Date Icon 24/03/2024

Is-Sibt filgħaxija, mijiet ta' nies inġabru fil-Belt Valletta biex jipparteċipaw fl-attivitajiet li jimmarkaw Earth Hour, inizjattiva globali biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu tal-enerġija b'mod sostenibbli u t-tibdil fil-klima.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ingħaqad għal darb'oħra ma' aktar minn 190 pajjiż madwar id-dinja. Dan huwa avveniment ambjentali annwali, li laħaq il-qofol tiegħu fi Switch Off globali ta' sittin minuta fit-8:30pm. Tul din is-sittin minuta, id-dawl fi Triq ir-Repubblika tbaxxa u ntfew id-dwal ta' Pjazza Tritoni u ta' Forti Sant Anġlu. Dan filwaqt li l-parteċipanti poġġew xemgħat quddiem il-Parlament, li jiffurmaw il-logo globali tal-avveniment Earth Hourt “60+".

Earth Hour huwa Fond Dinji għall-Ħajja Selvaġġa (World Wildlife Fund) li jmur lura għall-2007. Miljuni ta' nies madwar id-dinja jitfu d-dwal u tagħmir elettriku ieħor għal siegħa bħala azzjoni klimatika. Iservi bħala tfakkira li l-azzjonijiet individwali, ikunu żgħar kemm ikunu żgħar, kollettivament għandhom impatt qawwi fuq l-ambjent, li jħeġġu lin-nies jagħmlu l-parti tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għal futur sostenibbli.

L-attivitajiet tal-Earth Hour fil-Belt Valletta bdew aktar kmieni filgħaxija, hekk kif il-banda tal-1st Ħamrun Scout Group Duke of Argyll's Own għamlet marċ minn Pjazza San Ġorġ sa Misraħ il-Ħelsien, quddiem il-Parlament. Dan flimkien ma' aktar mużika live u attivitajiet oħra, fosthom crafts u attivitajiet ambjentali għat-tfal. L-entitajiet tal-Ministeru tal-Ambjent, fosthom Project Green, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), WasteServ, Circular Economy Malta, Ambjent Malta, Incetconnect Malta, Sustainable Development Directorate u l-kampanja ClimateOn ingħaqdu għal dan l-avveniment biex jaqsmu informazzjoni dwar prattiċi sostenibbli u effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Fi preparazzjoni għall-avveniment tas-Sibt, il-Ministeru għall-Ambjent nieda kampanja ta' informazzjoni, li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jingħaqad mal-Earth Hour Switch Off u biex isostni dan l-impenn billi jadotta prattiċi ta' kif tista' tiffranka l-enerġija matul is-sena.

Għal aktar informazzjoni, żur segwi l-medja soċjali ta' Sostenibilità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Mijiet jinġabru fil-Belt Valletta għal Earth Hour 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Mijiet jinġabru fil-Belt Valletta għal Earth Hour 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Mijiet jinġabru fil-Belt Valletta għal Earth Hour 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Mijiet jinġabru fil-Belt Valletta għal Earth Hour 2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow