Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Neuro-gym ġdid f’Dar Bjorn appoġġjat mill-Gvern, jassisti persuni b’diżabilitajiet newroloġiċi

pr240473
Date Icon 24/03/2024

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar neuro-gym f'Dar Bjorn f'Ħaż-Żebbuġ, inizjattiva li saret possibbli permezz ta' investiment ta' €60,000 mill-Awtorità tad-Djar (HA), u enfasizza l-impenn tal-Gvern biex ikomplu jitjiebu s-sistemi u l-faċilitajiet li joffru għajnuna soċjali u ta' saħħa.

Din il-faċilità tipprovdi appoġġ speċjalizzat lil individwi li jbatu minn diżabilitajiet newroloġiċi u toffrilhom triq lejn saħħa u kwalità ta' ħajja aktar dinjituża.

Il-gym huwa mgħammar bl-aqwa tagħmir ta' fiżjoterapija u jipprovdi riabilitazzjoni u servizzi msaħħa bl-assistenza esperta ta' fiżjoterapisti ċertifikati u jakkomoda 43 klijent.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Galdes ra b'mod dirett l-impatt trasformattiv ta' servizzi ta' riabilitazzjoni bħal dawn u li toffri Dar Bjorn.

Filwaqt li enfasizza s-sinifikat tal-inizjattiva, il-Ministru rrimarka, “li nagħtu appoġġ fil-housing huwa pass fundamentali, iżda huwa biss aspett mill-ħidma komprensiva tagħna biex ngħinu lil dawk fil-bżonn. L-inizjattivi tagħna bħala Gvern fil-qasam soċjali jestendu lil hinn mill-housing soċjali u l-iskemi; jinkludu firxa ta' inizjattivi ta' appoġġ u assistenza maħsuba biex jassistu lil kull individwu fis-soċjetà tagħna. L-appoġġ tagħna għal dan iċ-ċentru newro-rijabilitattiv, inizjattiva ta' min ifaħħarha minn Djar Bjorn, huwa eżempju wieħed. Proġett li jinkorpora l-qalb soċjalista tal-Gvern tagħna, waħda li tħabbat b'kompassjoni u determinazzjoni biex tiżgura li kull persuna tirċievi l-appoġġ li jixirqilha. Flimkien qed nibnu komunità iktar inklussiva, li tieħu ħsieb u ssostni lil min hu fil-bżonn."

Il-Ministru, filwaqt li faħħar u rringrazzja lil Dar Bjorn għal din l-inizjattiva u għad-dedikazzjoni tagħhom biex itejbu l-ħajja ta' individwi b'diżabilità newroloġika u l-familji tagħhom, żied li l-Gvern huwa kommess li jkompli jassisti u jsaħħaħ is-servizzi u s-sistemi ta' għajnuna soċjali f'pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa, saħaq li din id-donazzjoni ssaħħaħ il-viżjoni tal-Awtorità tad-Djar lejn Housing Speċjalizzat fil-qalba tal-komunità li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja lir-residenti ta' Dar Bjorn u jtihom sostenn u stabbiltà fil-ġlieda tagħhom kontra l-ALS.

Preżenti għaż-żjara kien hemm is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila u s-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ Mark Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Neuro-gym ġdid f’Dar Bjorn appoġġjat mill-Gvern, jassisti persuni b’diżabilitajiet newroloġiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Neuro-gym ġdid f’Dar Bjorn appoġġjat mill-Gvern, jassisti persuni b’diżabilitajiet newroloġiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Neuro-gym ġdid f’Dar Bjorn appoġġjat mill-Gvern, jassisti persuni b’diżabilitajiet newroloġiċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow