Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta

pr240472
Date Icon 23/03/2024

L-impenji tal-President ta' Malta George Vella fl-Italja ssoktaw is-Sibt filgħodu b'laqgħa uffiċjali ma' Fra' John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta fil-Palazzo Magistrale.

Il-President Vella u l-Gran Mastru Dunlap irreferew għar-relazzjonijiet eċċellenti u ta' ħbiberija bejn Malta u l-Ordni, li huma bbażati fuq għeruq storiċi. Il-President Vella stqarr li din iż-żjara tikkommemora r-relazzjonijiet uniċi u storiċi bejn Malta u l-Ordni.

Il-President esprima t-tama li Malta u l-Ordni jikkooperaw aktar mill-qrib u b'mod viżibbli permezz ta' proġetti prattiċi fil-gżejjer Maltin. “Dan jista' jinvolvi proġetti ta' natura umanitarja, iżda wkoll bil-għan li l-pubbliku jkun jista' jgawdi aktar il-wirt arkitettoniku tal-Ordni f'Malta," stqarr il-President.

Din il-laqgħa ssegwi ż-żjara f'Malta tal-Gran Mastru Dunlap f'Ġunju tas-sena li għaddiet.

L-impenji tal-President, is-Sinjura Vella u d-delegazzjoni Maltija f'Ruma kienu jinkludu wkoll quddiesa ċċelebrata mill-Kardinal Mario Grech fil-Bażilika ta' San Lorenzo in Damaso. Il-Kardinal Grech radd ħajr lill-President Vella għall-ħidma tiegħu fl-aħħar ħames snin. “Inti għallimtna bil-kelma u bl-eżempju biex ma nitfgħux ġebel lejn xulxin anke meta ħadd ieħor iħaġġarna," stqarr il-Kardinal Grech, waqt li awgura li dan l-istil ta' ħajja non-vjolenti jmexxina fl-imġiba tagħna ma' xulxin kemm fil-ħajja ordinarja ta' kuljum kif ukoll fil-ħajja politika u fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Wara l-quddiesa l-President u s-Sinjura Vella qattgħu ftit ħin ma' membri tal-komunità Maltija f'Ruma.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow