Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Xogħlijiet fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, b’investiment ta’ €6.4 miljun, javvanzaw b’rata mgħaġġla

pr240466
Date Icon 23/03/2024

Il-Ministru Miriam Dalli tiltaqa' ma' impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Jum Dinji tal-Ilma

Xogħlijiet fuq sistema ġdida ta' drenaġġ f'San Pawl il-Baħar qed javvanzaw b'rata mgħaġġla. Ix-xaft l-aktar fond tal-proġett tlesta, u bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet biex tibda titħaffer mina ta' 1.9 kilometru permezz ta' teknoloġija avvanzata mingħajr l-użu tat-trinek, magħrufa bħala microtunnelling. Din is-sistema ġdida se tespandi l-infrastruttura tad-drenaġġ f'din iż-żona.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli ltaqgħet mal-impjegati u l-kuntratturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qed jaħdmu fuq dan il-proġett, fis-sit fejn it-tħaffir huwa għaddej. Iż-żjara saret hekk kif ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Ilma fit-22 ta'Marzu 2024. Hija kienet akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia.

Dan il-proġett ta' €6.4 miljun se jtejjeb l-immaniġġjar tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar, kif ukoll fiż-żoni residenzjali qrib Kennedy Grove u żoni oħra f'din il-lokalità. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel użu minn sistema sostenibbli u effiċjenti mingħajr trinek, magħrufa bħala microtunneling. Din it-teknoloġija tippermetti li ssir sistema ġdida ta' drenaġġ mingħajr ma jitħaffru t-toroq.

Ix-xogħol fuq l-iskavar tal-launching xaft, fond 26 metru – wieħed mill-aktar fażijiet ta' sfida tal-proġett – tlesta. Il-makkinarju tal-microtunneling issa se jitpoġġa isfel f'dan ix-xaft biex b'hekk jibda t-tħaffir tal-mina tad-drenaġġ, li l-fond tagħha se jvarja minn erba' sa 50 metru taħt l-art. Minbarra l-launching xaft prinċipali, bħalissa qed jiġi skavat xaft ieħor, ta' 25 metru fond. Barra minn hekk, bħala parti mill-proġett, il-Korporazzjoni se tkun qed tħaffer tliet xaftijiet oħra tul ir-rotta tal-mina.

Is-sistema ġdida ta' drenaġġ hi waħda minn diversi proġetti li l-Korporazzjoni qed timplimenta f'lokalitajiet differenti, fosthom il-Marsa, San Ġiljan, l-Imsida u Birżebbuġa, bil-għan li tiżdied l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura u l-operat tad-drenaġġ tal-pajjiż, filwaqt li tissodisfa l-bżonnijiet kemm preżenti u kif ukoll dawk tal-futur.

Il-Ministru Dalli spjegat li dawn il-proġetti huma parti mill-Pjan ta' Investiment Nazzjonali 2023-2033 ta' €310 miljun tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, bl-iskop li ssir rivoluzzjoni fl-immaniġġjar u s-sostenibbiltà tas-settur tal-ilma u tad-drenaġġ f'Malta.

“Fil-Jum Dinji tal-Ilma, qed nirrikonoxxu l-isforzi ta' ħafna ħaddiema impenjati fl-immaniġġjar u l-iżvilupp tas-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ ta' Malta. Dan il-proġett f'San Pawl il-Baħar huwa biss wieħed minn diversi investimenti, kemm dawk li diġà qed isiru u kemm dawk li ser jibdew fil-ġejjieni, biex jiġu indirizzati sfidi importanti li għandhom impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma tagħna, inklużi it-tibdil fil-klima u t-tniġġis ambjentali," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

“Infrastruttura aħjar tad-drenaġġ, u investiment akbar fil-produzzjoni ta' New Water għall-agrikoltura, se jkomplu jżidu s-sostenibbiltà tal-operat tad-drenaġġ ta' Malta, permezz ta' aktar riċiklaġġ tal-ilma, inqas estrazzjoni tal-ilma tal-pjan, u inqas riskju ta' tniġġis u impatti ambjentali oħra fuq artna u l-baħar ta' madwarna," żiedet il-Ministru.

Karl Cilia enfasizza l-importanza tal-proġett ta' San Pawl il-Baħar. “Permezz ta' dan it-titjib fis-sistema, qed insaħħu l-impenn tagħna biex nissalvagwardjaw is-saħħa pubblika u nipproteġu l-ambjent naturali tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dawn il-proġetti huma riflessjoni tal-impenn qawwi tagħna lejn l-eċċellenza u l-innovazzjoni fis-servizzi li noffru lill-komunità," qal is-Sur Cilia.

Għal aktar informazzjoni, żur wsc.com.mt jew segwi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Sostenibilità fuq is-siti soċjali tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Xogħlijiet fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, b’investiment ta’ €6.4 miljun, javvanzaw b’rata mgħaġġla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Xogħlijiet fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, b’investiment ta’ €6.4 miljun, javvanzaw b’rata mgħaġġla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Xogħlijiet fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, b’investiment ta’ €6.4 miljun, javvanzaw b’rata mgħaġġla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow