Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinovar estensiv ta’ żewġ swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul

pr240465
Date Icon 22/03/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea ħabbar ir-rinovazzjoni estensiva ta' żewġ swali ewlenin fir-residenza San Vinċenz de Paul. Din ir-rinovazzjoni, f'St Francis Ward 1 u St Francis Ward 2, se tkun qed issir b'investiment ta' €1.6 miljun. L-iskop wara dan il-proġett ambizzjuż huwa li joffri ambjent aktar komdu u modern għall-anzjani residenti, flimkien ma' faċilitajiet u riżorsi aħjar għall-istaff.

Is-segretarju parlamentari qal li “B'dan l-investiment qed naraw li dawn iż-żewġ swali mhux biss se jsiru aktar sbieħ u moderni, iżda se jkunu mgħammra b'dak kollu meħtieġ sabiex nilħqu l-istandards li l-anzjani tagħna jistħoqqilhom. Dan huwa pass ieħor fil-viżjoni tagħna li nipprovdu l-aqwa kura possibbli lill-anzjani tagħna, filwaqt li nkomplu nsaħħu r-riżorsi umani li huma indispensabbli għal dan is-settur."

Iż-żewġ swali, li jkopru total ta' 2,000 metru kwadru, se jsirilhom tibdil strutturali estensiv li jinkludi l-espansjoni ta' spazji komuni, kmamar akbar, u aperturi ġodda. Ix-xogħlijiet jinkludu sistemi ta' arja kkundizzjonata ġodda, servizzi ta' ilma u drenaġġ imtejba, u sistema ta' ossiġnu mediku li se jwassal l-ossiġnu direttament fil-kmamar. Din ir-rinovazzjoni tagħti wkoll attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-anzjani bid-dimensja, bi kmamar tal-banju aċċessibbli u privati f'kull kamra. Dan biex l-ambjent tar-residenza joffri l-aqwa kwalita tal-ħajja lill-anzjani.

It-tlestija ta' dan il-proġett hija skedata għall-aħħar ta' din is-sena, fejn l-anzjani residenti se jkunu jistgħu jgawdu minn dawn il-faċilitajiet ġodda u mtejba.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinovar estensiv ta’ żewġ swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinovar estensiv ta’ żewġ swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinovar estensiv ta’ żewġ swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow