Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirrispettaw il-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna – Il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit fi Brussell

pr240464
Date Icon 22/03/2024

F'Summit tal-Kunsill Ewropew, li sar bejn il-21 u t-22 ta' Marzu fi Brussell, Malta reġgħet ħadet pożizzjoni b'saħħitha biex fil-konklużjonijiet ta' dan il-Kunsill ikunu mħarsa l-prinċipji tan-newtralità u n-nonallinjament li għandna fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Il-Prim Ministru Robert Abela insista li l-Kunsill għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-politika dwar is-sigurtà u d-difiża ta' kull Stat Membru u fil-konklużjonijiet dan ġie rifless. Il-Prim Ministru kellu wkoll messaġġ ċar favur in-newtralità li jħaddan pajjiżna fil-Kostituzzjoni tiegħu. Lill-President tal-Parlament Ewropew, Dr Abela qalilha li din l-istituzzjoni wkoll trid tirrispetta l-Kostituzzjoni u lill-Parlament Malti. Waqt il-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru flimkien mal-Mexxejja Ewropej iddiskutew diversi temi fosthom l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna u fil-Lvant Nofsani, is-sigurtà u d-difiża, l-agrikoltura, il-migrazzjoni u t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill Ewropew beda b'laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres. Hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela kien wieħed mill-Mexxejja li indirizza l-Kunsill fil-ftuħ tiegħu. Dr Abela wassal messaġġ qawwi favur il-paċi u saħaq li għandu jkun hemm sforz kollettiv sabiex jieqaf il-ġlied b'mod permanenti f'Gaża. Irrefera għar-realtajiet umanitarji f'Gaża, rimarkati wkoll minn Guteress aktar qabel, fosthom familji sħaħ bla ikel u ilma u eluf ta' persuni mejta u oħra midruba. Il-Prim Ministru qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tagħlaq għajnejha għal dan u filwaqt li saħaq ukoll li għandha tkompli tingħata l-għajnuna umanitarja, huwa kruċjali li l-Kunsill iwassal pożizzjoni soda favur il-waqfien permanenti tal-ġlied b'mod immedjat. Is-Segretarju Ġenerali Guterres faħħar il-ħidma li Malta qiegħda twettaq fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-istess ħidma wasslet sabiex tgħaddi riżoluzzjoni mbuttata minn Malta li ġabet qbil dwar il-ħtieġa ta' għajnuna umanitarja f'Gaża.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll is-settur tal-Agrikoltura b'Malta ttenni hawnhekk ukoll pożizzjoni konsistenti favur appoġġ lill-bdiewa u li ma jkunx hemm sistemi li ma jagħtux flessibbiltà u żvantaġġ lill-bdiewa ta' Stati Membri. Dr Abela nnota wkoll li dan isir fl-istess waqt favur direzzjoni ta' prattiċi lejn is-sostenibbiltà fis-settur. Il-Prim Ministru semma kif pajjiżna qed jibqa' jagħti għajnuna bla preċedent lill-bdiewa Maltin u Għawdxin.  Huwa tenna li l-azzjonijiet li qed jipproponi l-Kunsill biex titnaqqas il-burokrazija u tissaħħaħ il-kompetittività tal-bdiewa u r-raħħala huma passi fid-direzzjoni tajba u saħaq li għandhom jiġu indirizzati wkoll l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-bdiewa, sabiex tassew ikollna settur kompetittiv u reżiljenti.

Il-Kunsill ġie aġġornat ukoll bil-ħidma li qed ssir fuq il-migrazzjoni. Hawnhekk il-Prim Ministru enfasizza li dan is-suġġett għandu jibqa' jingħata prijorità assoluta sabiex jonqsu n-numru ta' wasliet irregolari u b'hekk ikunu evitati t-telf ta' ħajjiet, u tiżdied r-rata ta' ritorn ta' immigranti li ma ħaqqhomx ażil. Waqt id-diskussjoni dwar it-tkabbir, il-Kunsill qabel li jinfetħu n-negozjati mal-Bosnja u Ħerzegovina għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Matul il-jum tal-Ġimgħa, tlaqqa' wkoll il-Euro Summit fejn ġiet diskussa s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja Ewropea. Fl-intervent tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela semma kif pajjiżna ħa deċiżjonijiet b'saħħithom biex jistabbilizza l-prezzijiet u b'hekk inaqqas l-impatt tal-inflazzjoni fuq iċ-ċittadini u n-negozji. Inizjattiva li diġà bdiet tħalli l-marka tagħha bit-tnaqqis fir-rata ta' inflazzjoni fi Frar, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet tal-ikel. Il-Kunsill Ewropew fakkar ukoll it-tletin anniversarju mit-twaqqif taż-Żona Ekonomika Ewropea.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirrispettaw il-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna – Il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit fi Brussell
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirrispettaw il-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna – Il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit fi Brussell
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirrispettaw il-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna – Il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit fi Brussell
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow