Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Riforma oħra favur il-vittmi tal-vjolenza domestika

pr240462
Date Icon 22/03/2024

Bi qbil bejn l-awtoritajiet tas-saħħa, il-Kummissarju dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika u l-Pulizija, il-vittmi tal-vjolenza domestika qegħdin jingħataw prijorità meta jkunu akkumpanjati mill-Pulizija biex jiġu eżaminati mill-professjonisti mediċi fiċ-ċentri tas-saħħa jew fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela saħaq li huwa xieraq li persuni li jkunu qed isofru ġrieħi fiżiċi kif ukoll mentali, kawża ta’ vjolenza domestika, jirċievu attenzjoni u faraġ minnufih. Ħeġġeġ lill-impjegati sabiex ikunu dejjem ta’ sostenn u rringrazzjahom tad-dedikazzjoni u s-sensittività tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi  Rebecca Buttigieg  qalet li dan huwa żvilupp importanti għaliex b’hekk il-vittmi tal-vjolenza domestika li jkunu akkumpanjati mill-Pulizija qegħdin ikunu ttrattati b’aktar sensittività u b’akbar effiċjenza.

Hija saħqet fuq l-importanza li t-trattament, il-kura u ċ-ċertifikati mediċi dwar il-konsegwenzi tal-aggressjoni li l-vittmi jkunu sofrew jinħarġu mill-iktar fis possibbli għaliex dawn iservu ta’ prova fil-proċeduri tal-Qorti.

Għalkemm mhux il-każijiet kollha ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika jkunu jeħtieġu li jkunu riferuti għal viżta fl-isptar jew fiċ-ċentru tas-saħħa, fuq medda ta’ erba’ xhur, ikun hemm medja ta’ madwar 30 każ li fihom vittmi ta’ vjolenza domestika jiġu invistati fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew fl-Isptar Mater Dei.

Il-Kummissarju dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan uriet apprezzament għal dan l-arranġament milħuq għaliex qalet li bih ser titnaqqas ukoll l-istigma li l-vittmi jsofru meta akkumpanjati mill-Pulizija kien ikollhom jistennew wara pazjenti oħra sakemm jingħataw is-servizz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow