Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Malta waħda minn erba’ pajjiżi Stati Membri li lesti jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat

pr240460
Date Icon 22/03/2024

Il-Mexxejja ta' Malta, Spanja, l-Irlanda u s-Slovenja ltaqgħu fil-marġini tal-Kunsill Ewropew sabiex jiddiskutu l-aħħar żviluppi f'Gaża u Lvant Nofsani.

L-erba' pajjiżi qablu li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani u għalhekk lesti li jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat meta l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta' dan l-istess Stat ikunu jippermettu.

Ilkoll qablu li għandu jkun hemm waqfien permanenti tal-ġlied b'mod immedjat, li jinħelsu l-ostaġġi kollha u li tingħata l-għajnuna umanitarja immedjatament. Huma nnutaw ukoll b'mod pożittiv li l-Kunsill qabel mal-konklużjonijiet dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow