Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jitwettaq proġett favur l-inklużjoni soċjali fl-Isla

pr240458
Date Icon 22/03/2024

Il-Kunsill Lokali tal-Isla implimenta proġett favur l-inklużjoni soċjali permezz ta' fondi min-Norveġja u fondi tal-Kunsill Lokali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea flimkien mas-Sindku tal-Isla Clive Pulis indirizzaw il-konferenza tal-għeluq tal-programm għal proġett “Promoting Social Inclusion in Isla".

Sabiex jinkiseb l-għan tal-inklużjoni soċjali, il-proġett kien jinkludi diversi elementi differenti. Dawn kienu jinkludu xiri ta' laptops ġodda, Virtual Reality Set, Projector u Defribilator. Ġie installat ukoll stair lift għall-aktar aċċessibbiltà fil-binja tal-Kunsill Lokali u kif ukoll post ieħor li jservi fil-ħtiġijiet taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll l-organizzazzjoni ta' diversi korsijiet immirati għal persuni ta' kull età. Dawn il-korsijiet kienu jiġu mogħtija minn kelliema speċjalizzati skont is-suġġett tal-kors. Il-korsijiet kienu ivarjaw minn taħriġ fuq l-użu tal-kompjuter u l-informatika, sa korsijiet fuq is-saħħa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Isla sabiex kiseb il-fondi għal dan il-proġett, filwaqt li ammirat l-għan ewlieni tal-proġett li joħloq ambjent fejn kulħadd jista' jipparteċipa u jinvolvi ruħu fis-soċjetà. “Huwa d-dmir u r-responsabbiltà tagħna bħala l-mexxejja tal-lokalitajiet tagħna li naraw li ħadd ma jaqa' lura u nimplimentaw proġetti u inizjattivi li jsostnu l-integrazzjoni soċjali", saħqet is-Segretarju Parlamentari. “Permezz tad-diversi elementi li kien jinvolvi fih dan il-proġett, l-Kunsill Lokali laħaq l-iskop ta' dan il-programm u verament sostna l-element tal-inklużjoni soċjali fil-lokalità tal-Isla," temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea qal li dan il-proġett ippromwova l-inklużjoni soċjali f'din il-lokalità. Huwa qal ukoll li proġetti bħal dawn huma importanti speċjalment meta jkun qed jingħata taħriġ, kemm għall-anzjani kif ukoll għat-tfal u ż-żgħażagħ, f'suġġetti bħas-snajja', is-saħħa, u l-informatika.

Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Isla Clive Pulis qal li permezz ta' dan il-proġett, residenti li għal raġunijiet varji kienu esklużi mis-soċjetà, kellhom l-opportunità li jintegraw ruħhom u jissoċjalizzaw ma' persuni oħra.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jitwettaq proġett favur l-inklużjoni soċjali fl-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jitwettaq proġett favur l-inklużjoni soċjali fl-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jitwettaq proġett favur l-inklużjoni soċjali fl-Isla
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow