Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ftehim kollettiv ġdid li se joffri kundizzjonijiet aħjar lill-ħaddiema tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti fi Transport Malta

pr240453
Date Icon 21/03/2024

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ippreseda fl-iffirmar ta' ftehim kollettiv bejn il-ħaddiema tal-Vessel Traffic Services (VTS) fi ħdan Transport Malta u l-General Workers' Union. Il-ftehim, milħuq permezz ta' negozjati kostruttivi, se jkollu impatt pożittiv fuq ħaddiema u jiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u paga mtejba. Dan il-ftehim importanti jenfasizza l-impenn ta' Transport Malta li tiżgura ambjent ta' appoġġ għall-impjegati tagħha, filwaqt li tirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tagħhom għas-sikurezza u l-effiċjenza marittima.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett spjega li dan il-ftehim kollettiv ġdid jirrifletti d-dedikazzjoni ta' Transport Malta biex jipprijoritizza l-ġid tal-impjegati tal-Vessel Traffic Services. “Id-dedikazzjoni ta' dawn il-ħaddiema għandha rwol ċentrali fit-tħaddim tat-traffiku marittimu, u huwa xieraq li nipprovdulhom l-appoġġ u r-rikonoxximent meħtieġ li jixirqilhom," saħaq il-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta, il-Kurunell Dr Mark Mallia, stqarr li, “Dan il-ftehim jimmarka pass sinifikanti 'l quddiem fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pakketti ta' remunerazzjoni għall-impjegati tagħna tal-VTS. Aħna impenjati li nikkultivaw relazzjoni tajba u ta' benefiċċju reċiproku mal-ħaddiema tagħna, u dan il-ftehim jenfasizza l-isforzi kontinwi tagħna f'dan ir-rigward. Nestendi l-apprezzament tiegħi lill-partijiet kollha involuti għall-ispirtu kollaborattiv tagħhom biex jintlaħaq dan il-ftehim."

Il-ftehim kollettiv il-ġdid mhux biss jissolidifika s-sħubija bejn Transport Malta u l-impjegati tagħha iżda wkoll jafferma mill-ġdid l-impenn tal-Awtorità li żżomm l-ogħla standards ta' sigurtà u effiċjenza fl-operazzjonijiet marittimi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ftehim kollettiv ġdid li se joffri kundizzjonijiet aħjar lill-ħaddiema tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti fi Transport Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow