Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Opportunitajiet akbar għall-istudenti biex isiru social workers

pr240451
Date Icon 21/03/2024

Il-Gvern qiegħed iħejji emendi legali bil-għan illi jippromwovi aktar il-qasam tax-xogħol soċjali u b'hekk iħajjar aktar studenti jidħlu għal din il-professjoni tant importanti f'pajjiżna.

Fil-fatt fil-jiem illi ġejjin, dawn l-emendi legali ser jitilgħu fi stadju ta' kumitat fil-Parlament sabiex eventwalment jidħlu fis-seħħ, wara li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-kamra. Il-bidla ewlenija ser tkun dik illi anke studenti li jtemmu b'suċċess il-kors tas-Social Work fl-MCAST jingħataw l-istess kwalifika u warrant bħalma jingħataw studenti li temmew il-kors b'suċċess mill-Università ta' Malta.

Ħabbar dan il-Ministru Michael Falzon, f'konferenza tal-aħbarijiet fejn stqarr li dan il-pass se jkun qed jikkonsolida din il-professjoni u jżid l-ingaġġ t'aktar ħaddiema soċjali.

Iktar minn hekk, il-Bord tas-Social Workers se jkollu l-fakultà illi jagħti warrants lil studenti bi kwalifiki oħrajn li ġejjin minn istituzzjonijiet oħra, u li huma ekwivalenti għall-kwalifiki tal-BA Hons.

Sal-lum student li ma jkollux il-BA Hons. mill-Università ta' Malta ma kienx qed jingħata warrant sabiex ikun jista' jibda jipprattika din il-professjoni. Għaldaqstant l-emendi li qed jipproponi l-Gvern se jwasslu biex kwalifiki t'istituzzjonijiet bħall-MCAST u oħrajn ikunu rikonoxxuti wkoll. Dan effettivament se jwassal lill-istudent sabiex jieħu l-warrant ta' ħaddiem soċjali.

“Ser inkomplu nagħmlu l-almu tagħna sabiex inħeġġu aktar studenti jinvestu f'din il-professjoni. Infaħħar kampanja illi qed tagħmel il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, l-FSWS, biex tħajjar aktar studenti jidħlu għal dan il-kors. Din hija karriera ta' sodisfazzjon kbir u li tifrex it-triq għal setturi oħra fil-qasam soċjali," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Opportunitajiet akbar għall-istudenti biex isiru social workers
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow