Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imnedija skema għal Komunitajiet Aktar Inklussivi

pr240449
Date Icon 21/03/2024

Bl-iskop li jkompli jiġi promoss il-volontarjat fost il-komunitajiet lokali u li titrawwem dejjem aktar kultura ta' inklużjoni, tnediet l-Iskema 'Komunitajiet Aktar Inklussivi' għas-sena 2024.


Din l-iskema għandha l-għan li tassisti lill-applikanti biex jimplimentaw proġetti jew inizjattivi li permezz tagħhom jinbnew komunitajiet aktar b'saħħithom sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jirnexxi u tistieden lill-organizzazzjonijiet volontarji biex jipproponu proġetti innovattivi bil-għan li jippromwovu l-inklużjoni. Dan filwaqt li jindirizzaw waħda mill-miri tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat.


Kull proposta li tkun sottomessa għandha tkun imqabbla ma' wieħed  mill-għanijiet li joħorġu miż-żewġ skemi, filwaqt li għandha ssir referenza speċifika għall-oġġettiv li qed jiġi indirizzat permezz tal-proġett jew inizjattiva li għaliha jkunu qed jinkisbu l-fondi, bl-investiment f'din l-iskema huwa €250,000 u għal kull proġett jista' jingħata sa massimu ta' €10,000.


Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif il-komunitajiet ta' madwarna huma l-postijiet fejn in-nies iqattgħu l-maġġoranza tal-ħin tagħhom u huwa għalhekk li rridu nassiguraw li jkunu aċċessibbli u inklussivi għal kulħadd, b'mod ugwali. “Fost l-għeżeż għal kulħadd, il-komunitajiet ta' madwarna huma dawk li jagħmluna Maltin u Għawdxin. Mill-każini għall-pjazez tal-irħula tagħna, huma joffru post fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu u jintegraw ma' xulxin. Huwa għalhekk li huwa fl-obbligu tagħna li naċċertaw li dawn il-postijiet ikunu aċċessibbli u inklussivi għal kulħadd," temmet tgħid il-Ministru.


L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi online sal-Ġimgħa 3 ta' Mejju 2024 b'applikazzjonijiet li jidħlu tard ma jiġux ikkunsidrati. Il-formola tal-applikazzjoni, flimkien ma' aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu mis-sit www.vofunding.org.mt.

Kull mistoqsija dwar din l-iskema għandha tintbagħat permezz ta' email fuq skemi.miv@gov.mt.


L-għaqdiet li japplikaw jeħtieġ li jkunu rreġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.


Preżenti għat-tnedija ta' din l-iskema kien hemm is-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imnedija skema għal Komunitajiet Aktar Inklussivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow