Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Stabbilit il-Malta Diversity & Inclusion Charter b’għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat

pr240448
Date Icon 20/03/2024

Ġie stabbilit il-Malta Diversity & Inclusion Charter mill-għaqda volontarja CORE Platform b'għajnuna finanzjarja ta' €20,000 mill-fond VOPS amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Din l-inizjattiva innovattiva għandha l-għan li trawwem id-diversità u l-inklużjoni f'setturi varji. It-tnedija ta' dan iċ-Charter ġiet imħabbra mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigeg, fil-preżenza tal-President tal-għaqda CORE Platform Helga Ellul.

L-organizzazzjonijiet li jintrabtu ma' dan iċ-Charter jimpenjaw ruħhom li jħarsu l-prinċipji tad-diversità u l-inklużjoni fl-operat tagħhom Id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem se jkun l-ewwel entità pubblika li se tappoġġja u tkun firmatarja taċ-Charter għat-tliet snin li ġejjin filwaqt li l-bank APS se jkun l-ewwel entità kummerċjali lokali li se jkun firmatarju ta' dan iċ-Charter. Uħud mill-miżuri li hemm f'dan iċ-Charter jinkludu l-implimentazzjoni ta' prattiċi tal-Human Resources fejn id-diversità titpoġġa fiċ-ċentru tal-operat u fejn l-inklużjoni tiġi enfasizzata mal-impjegati kollha, flimkien ma' miżuri oħra biex ikunu żgurati opportunitajiet indaqs f'kull pass tal-karrieri tal-impjegati. Dan isir permezz ta' għażla, reklutaġġ u proċeduri u li għandhom fiċ-ċentru tagħhom l-inklużjoni.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli faħħret din l-inizjattiva filwaqt li enfasizzat il-bżonn ta' aktar inklużjoni fuq il-post tax-xogħol. “Ta' min jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-post tax-xogħol huwa dak il-post li fih inqattgħu parti sew mill-ħin ta' kuljum u huwa kruċjali li naċċertaw li apparti li l-ambjent ikun wieħed li jħares l-inklużjoni u l-ugwaljanza, il-kultura ta' kuljum u l-operat li bih titmexxa l-kumpanija ma jkun xejn anqas. Inħares 'il quddiem li mhux biss nara aktar proġetti ta' din ix-xorta jkomplu jieħdu l-ħajja, iżda li nara aktar kumpaniji u negozji ta' kull daqs isiru firmatarji ta' dan iċ-charter," sostniet il-Ministru Julia Farrugia Portelli.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li dan iċ-Charter, li kien imwiegħed fil-programm elettorali tal-Gvern elett, ikompli mal-kullana ta' inizjattivi favur l-inklussività u d-diversità fil-mixja kontinwa biex jinbidlu ċerti mentalitajiet. Hija ħeġġet lill-firmatarji ta' dan iċ-Charter biex fl-operat kollu tagħhom jaraw li ma jkunx hemm xejn li jfixkel il-valuri tal-inklussività u jiżguraw li kulħadd ikun valutat u rispettat. Hija qalet li l-vantaġġ għal firmatarji ser ikun l-opportunità li jkunu parti minn pjattaforma Ewropea li tiffaċilita l-kollaborazzjoni ma' firmatarji ta' charters simili fl-istati membri oħra tal-Unjoni Ewropea. 

Il-President tal-għaqda volontarja CORE Platform Helga Ellul qalet, “Illum jimmarka pass importanti fil-vjaġġ kollettiv tagħna lejn il-ħolqien ta' soċjetà aktar inklussiva, fejn kull individwu jkun stmat u rispettat irrispettivament mill-isfond, it-twemmin, jew il-kapaċitajiet tiegħu. Iċ-Charter imħabbar llum jinkorpora l-impenn tagħna biex nippromwovu d-diversità, l-ekwità, u l-inklużjoni fl-aspetti kollha ta' ħajjitna, kemm jekk fil-post tax-xogħol, fl-edukazzjoni, jew fl-ispazji pubbliċi."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Stabbilit il-Malta Diversity & Inclusion Charter b’għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Stabbilit il-Malta Diversity & Inclusion Charter b’għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Stabbilit il-Malta Diversity & Inclusion Charter b’għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow