STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella ħalla Malta għall-Vatikan u l-Italja
Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella ħallew Malta llejla għal żjara fil-Vatikan u l-Italja.
Il-President Vella u d-delegazzjoni tiegħu, li tinkludi lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, se jintlaqgħu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f'udjenza privata għada, il-Ħamis 21 ta' Marzu.
Matul din iż-żjara, il-President George Vella se jkollu wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin.
L-impenji tal-President Vella f'Ruma jinkludu wkoll laqgħa mal-President tal-Italja Sergio Mattarella fil-Palazz Quirinale u laqgħa mal-Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, Fra' John T. Dunlap fil-Palazzo Magistrale.
Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ħadd 24 ta' Marzu 2024. Il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta.
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931