Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jiftħu l-applikazzjonijiet għal ‘Life is my Adventure’ – it-tema għal SkolaSajf 2024

pr240443
Date Icon 20/03/2024

L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni ta' din is-sena ta' SkolaSajf fetħu llum 20 ta' Marzu. Dan tħabbar waqt żjara li l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima għamel fiċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel f'Pembroke, li matulha ngħataw dettalji dwar SkolaSajf 2024 u tnieda l-logo għal din is-sena.

It-tema għal SkolaSajf 2024 hija 'Life is my Adventure' u l-logo magħżul huwa mnebbaħ minn disinn ta' Scarlett Schembri li rebħet il-kompetizzjoni għad-disinn tal-logo għal din is-sena.

“SkolaSajf huwa servizz eċċellenti li mhux biss huwa parti mill-viżjoni u l-ħidma tagħna biex is-sistema edukattiva tirrifletti r-realtajiet u l-bżonnijiet tas-soċjetà li qed ngħixu fiha, imma servizz li permezz tiegħu nrawmu lit-tfal minn età żgħira permezz ta' tagħlim alternattiv li jgħinhom fil-ħajja futura tagħhom," qal il-Ministru Clifton Grima.

Din is-sena SkolaSajf se jingħata minn 55 ċentru madwar Malta u Għawdex bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, li jinkludu 5 Ċentri ta' Riżorsi u 5 ċentri f'Għawdex. Is-servizz jibda mill-10 ta' Lulju sad-9 ta' Awwissu u mid-19 ta' Awwissu sas-6 ta' Settembru. Filwaqt li l-ħinijiet ta' SkolaSajf huma bejn it-8:30 ta' filgħodu san-nofs siegħa, f'ċentri magħżula se jiġi estiż dan is-servizz għall-ġenituri li jaħdmu, mis-7:00 sat-8:30 ta' filgħodu u min-nofs siegħa sal-5:30 ta' wara nofsinhar.

Il-Ministru Grima ddeskriva dan is-servizz bħala wieħed ta' suċċess, bl-applikazzjonijiet qed jiżdiedu minn sena għal sena. Filwaqt li fl-2020 kien hemm 7,849 applikazzjoni, is-sena li għaddiet daħlu aktar minn 12,000 applikazzjoni.

Permezz ta' SkolaSajf, eluf ta' studenti qed jingħataw servizz estiż ta' edukazzjoni bit-tfal li jattendu jibbenefikaw minn programm ta' attivitajiet edukattivi informali li jinkludu ħarġiet u logħob sportiv, fost oħrajn.

L-entitajiet mis-settur pubbliku u privat li jikkontribwixxu għal SkolaSajf qed jikbru wkoll, fil-fatt is-sena li għaddiet kien hemm 71 entità li jinkludu wkoll kumpaniji privati u Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li pparteċipaw fi SkolaSajf.

Matul it-tnedija ta' dalgħodu, tlett itfal li ġew fl-ewwel 3 postijiet fil-kompetizzjoni għad-disinn tal-logo ta' din is-sena kienu ppreżentati b'premju ta' kotba mill-Ministru Clifton Grima.

L-applikazzjonijiet se jibdew jintlaqgħu online mil-lum 20 ta' Marzu sat-2 ta' Mejju fuq is-sit https://services.fes.gov.mt/, jew minn kull hub ta' servizz.gov.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jiftħu l-applikazzjonijiet għal ‘Life is my Adventure’ – it-tema għal SkolaSajf 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jiftħu l-applikazzjonijiet għal ‘Life is my Adventure’ – it-tema għal SkolaSajf 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jiftħu l-applikazzjonijiet għal ‘Life is my Adventure’ – it-tema għal SkolaSajf 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow