Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment f’impjant ġdid fil-Biċċerija għall-produzzjoni tal-mazzit

pr240442
Date Icon 20/03/2024

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar li permezz ta' impjant ġdid se naraw diversifikazzjoni fil-prodott lokali, hekk kif fil-Biċċerija Pubblika se jibda' jinħadem il-mazzit.

Permezz ta' dan l-investiment beda jopera impjant modern li jippermetti li d-demm li jintuża għall-mazzit jinġabar b'mod iġeniku, skont l-ogħla standards Ewropej, u r-raħħala, ħwienet jew proċessuri tal-laħam issa se jkollhom aċċess għal dan l-ingredjent.

“Skont il-liġi, ħwienet tal-laħam li jipproduċu l-mazzit ma setgħux ibiegħu lil negozji oħra, u għalhekk dan kien qed jillimita l-possibbiltà li l-prodott jintuża minn ristoranti u stabbilimenti tal-ikel, kif ukoll minn supermarkets u stabbilimenti simili. Permezz ta' dan l-investiment, u l-permess regolatorju miksub mill-Biċċerija, issa kull produttur tal-mazzit li jaħdem dan il-prodott fil-Biċċerija jista' jbiegħ il-mazzit tiegħu minn kwalunkwe stabbiliment," spjega l-Ministru Refalo.

Min-naħa tiegħu, Stefan Cachia, Direttur Ġenerali tal-Biċċerija Pubblika spjega kif l-għan aħħari ta' dan l-impjant fil-Biċċerija Pubblika huwa li jkun aċċessibbli għal min għandu n-negozju tiegħu, fejn ikun jista' jipproduċi l-mazzit.

Il-Ministru Refalo temm jgħid, “Dan is-servizz, flimkien ma' oħrajn illi ħabbarna fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew, qed juru l-impenn tal-Gvern biex mhux biss jitkellem dwar il-ħtieġa ta' diversifikazzjoni, iżda jiffaċilita billi b'mod kontinwu qed inwettqu investimenti li jagħtu valur miżjud lill-prodotti agrikoli lokali, kif ukoll jippermettu lill-privat, fosthom raħħala, proċessuri, bejjiegħa tal-laħam u anki ristoranti u stabbilimenti tal-ikel, biex ikomplu jiddiversifikaw il-prodott lokali li joffru."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment f’impjant ġdid fil-Biċċerija għall-produzzjoni tal-mazzit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment f’impjant ġdid fil-Biċċerija għall-produzzjoni tal-mazzit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment f’impjant ġdid fil-Biċċerija għall-produzzjoni tal-mazzit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment f’impjant ġdid fil-Biċċerija għall-produzzjoni tal-mazzit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow