Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija ta’ Child Wellbeing Index fil-Parlament

pr240440
Date Icon 20/03/2024

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa t-tnedija tar-rapport intitolat “The Wellbeing of Children and Young People in Malta", parti integrali mill-proġett “The Malta Wellbeing Index", proġett bejn l-Università ta' Malta u The Malta Foundation for the Wellbeing of Society.

F'kelmtejn tal-okkażjoni, l-Ispeaker tkellem dwar id-drittijiet tat-tfal. Hu qal li bħala bnedmin, it-tfal jistħoqqilhom jgħixu b'dinjità, f'ambjent fejn ikunu rispettati, igawdu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali bħala bnedmin u għalhekk ikunu mħarsa minn kull forma ta' diskriminazzjoni u qerq.

B'referenza għar-rapport “The Wellbeing of Children and Young People in Malta", l-Ispeaker semma li għalkemm il-maġġoranzi tat-tfal jistqarru li huma kuntenti b'ħajjithom u fil-familja, hemm oħrajn li għaddejjin minn żmien diffiċli u bi problemi.  Hawn hu rringrazzja dawk kollha li huma nvoluti f'tant servizzi ta' appoġġ lill-familji fi kriżi.

Għar-rigward ta' tfal li għadhom diffikultà biex jiksbu suċċess fl-istudji tagħhom, l-Ispeaker saħaq li l-iskejjel għadhom iħejju lit-tfal tagħna jikbru w ikunu mħejjija għall-isfidi tal-preżent u tal-ġejjieni.  L-isfidi jistgħu jkunu opportunitajiet pożittivi għat-tfal tagħna, kemm bħala żgħażagħ u ċittadini adulti aktar l' quddiem, temm jgħid l-Ispeaker Anġlu Farrugia. 

Matul din il-konferenza, tkellmu wkoll, l-awturi tar-rapport, il-Prof. Carmel Cefai, u l-Prof. Marie Briguglio studjużi mill-Università ta' Malta kif ukoll, l-MP u Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, l-MP U Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea MP, l-MP Robert Cutajar, u l-MP Albert Buttigieg.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija ta’ Child Wellbeing Index fil-Parlament
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija ta’ Child Wellbeing Index fil-Parlament
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija ta’ Child Wellbeing Index fil-Parlament
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow