Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Niddirezzjonaw investiment li jħares il-karatteristiċi tal-pajsaġġ Għawdxi

pr240437
Date Icon 19/03/2024

Il-valur ta' identità ta' Għawdex irridu nkomplu nseddquh u nsaħħuh bl-użu għaqli tal-ambjent.

F'Kerċem, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar dan meta żar kumpless tal-ewwel xorta tiegħu, Tuta Accomodation, li joffri agrituriżmu f'Għawdex.

Fil-preżenza wkoll tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, il-Prim Ministru Abela sostna li rridu nkomplu nimbuttaw il-prodott Għawdex u Malta, dan kollu miġbur fl-istrateġija li nħaddmu favur Għawdex bħala gżira ta' villaġġi.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li bħala Gvern se nibqgħu niddirezzjonaw l-investiment lejn il-ħarsien tal-pajsaġġ Għawdxi u Malti.

Il-kumpless Tuta, li gawda anki minn fondi Ewropej, apparti li joffri akkomodazzjoni ta' kwalità, fih ukoll razzett u joffri diversi esperjenzi lill-viżitaturi, fosthom mixjiet qalb il-kampanja, ġbir ta' frott sa terapija permezz tal-annimali.

Fiż-żjara ġiet innutata kif l-isfida tal-istaġjonalità hi waħda li qed tiġi indirizzata u dan ġie rifless f'riżultati b'saħħithom għat-turiżmu anki fil-gżira Għawdxija.

Waqt li kienu qed jdawwru lill-Prim Ministru madwar ir-razzett, fejn jrabbu numru ta' annimali, it-tmexxija ta' Tuta spjegawlu kif qed jimxu fuq il-kunċett ta' “farm to fork" fejn il-viżitaturi jingħataw l-opportunità li jiġbru l-prodotti friski huma stess mill-għelieqi li jinsabu fl-Agrituriżmu biex imbagħad il-prodotti tal-ikel offruti jkunu ġejjin mill-istess kumpless.

“Irridu nkomplu ngħollu l-livell u l-kwalità tal-prodott li noffru b'awtentiċità," saħaq Dr Abela hu u jinnota l-eżempju sabiħ fil-kumpless Tuta.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Niddirezzjonaw investiment li jħares il-karatteristiċi tal-pajsaġġ Għawdxi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Niddirezzjonaw investiment li jħares il-karatteristiċi tal-pajsaġġ Għawdxi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Niddirezzjonaw investiment li jħares il-karatteristiċi tal-pajsaġġ Għawdxi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow