Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jirċievi żjara ta’ korteżija mill-President tal-Parlament Ewropew

PR240435
Date Icon 18/03/2024

Illum waranofsinhar, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-binja tal-Parlament. 

L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lill-President Metsola tal-ħidma li qed twettaq fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew, u żied li jawgura li ż-żewġ parlamenti jaraw kif ikomplu jaħdmu aktar fil-qrib ma’ xulxin, u dan favur it-tisħiħ tad-demokrazija. 

Il-President Metsola qalet li l-Parlament Malti u dak Ewropew huma t-tnejn id-djar tal-Maltin u tal-Għawdxin, billi fit-tnejn li huma jittieħdu deċiżjonijiet maħsuba biex itejbu l-ħajja tan-nies. Kif qed tagħmel fiż-żjarat tagħha fl-ogħla istituzzjoni ta’ kull pajjiż Ewropew, hija stiednet lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati biex flimkien mad-deputati jħeġġeġ aktar Maltin u Għawdxin jivvutaw fl-elezzjonijiet li ser jinżammu fl-Unjoni Ewropea 12-il ġimgħa oħra, fi proċess demokratiku importanti għall-istess Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

Matul il-laqgħa ż-żewġ dinjitarji tkellmu dwar diversi temi ta’ importanza kurrenti, inklużi s-sofferenzi tal-popli involuti fil-gwerer fl-Ukraina u f’Gaża.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jirċievi żjara ta’ korteżija mill-President tal-Parlament Ewropew
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jirċievi żjara ta’ korteżija mill-President tal-Parlament Ewropew
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow