Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024

PR240432
Date Icon 18/03/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici inawgura uffiċjalment sitt padiljuni oħra li huma parti mill-maltabiennale.art 2024.  Dawn il-padiljuni huma dawk li jirrappreżentaw lil Spanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, iċ-Ċina u l-Padiljun tal-Fondazzjoni Lugisland of Art (Omenaart Foundation) matul il-Malta Biennale 2024.

Il-Ministru Bonnici enfasizza li l-Malta Biennale 2024 toffri pjattaforma importanti għall-artisti u l-kuraturi kemm Maltin u kemm barranin biex jesprimu irwieħhom b'perspettivi diversi. Permezz ta' esibizzjonijiet, installazzjonijiet u diskussjonijiet, il-Biennale turi r-rikkezza tal-arti globali u tħeġġeġ id-djalogu aħjar bejn l-artisti u l-kommunitajiet diversi u rieda għal soċjetajiet aħjar, b'enfasi fuq il-Mediterran.

“Dawn l-avvenimenti jissimbolizzaw ċelebrazzjoni ta' għaqda u esplorazzjoni kulturali, li jippromwovu d-djalogu  permezz tal-espressjoni artistika," saħaq il-Ministru Bonnici. Huwa temm jgħid li l-arti u l-kultura joffru opportunità b'saħħitha biex wieħed iwassal messaġġ.

Matul l-inawgurazzjoni tal-padiljuni kien hemm preżenti l-President tal-maltabiennale.art u Chairperson ta' Heritage Malta Mario Cutajar u diversi uffiċjali tal-aġenzija.

Għall-inawgurazzjoni tal-Padiljun tal-Polonja attendiet ukoll id-Deputat Ministru għall-Kultura tal-Polonja Marta Cienkowska, li kellha wkoll laqgħa formali mal-Ministru Bonnici li matulha ġew diskussi temi ta' interess komuni.

Spanja – “No man is an island", li jinsab f'Villa Portelli fil-Kalkara, jidħol fil-kunċett ta' identità f' dimensjoni pluralistika, u jenfasizza l-inkontri kulturali u l-iskambji bħala aspetti fundamentali. Ikkurat minn Angel Moya Garcia, il-padiljun joffri esperjenza li tqanqal il-ħsieb, fejn jistieden lill-viżitaturi jirriflettu fuq l-arti u s-soċjetà permezz tax-xogħol artistiku ta' Avelino Sala.

Polonja – Il-padiljun Pollakk f'Villa Portelli joffri esperjenza immersiva kkurata minn Krzysztof Stanisławski. L-artisti Ryszard Grzyb, Zdzisław Nitka, Krzysztof Skarbek, Zbigniew Maciej Dowgiałło, u Piotr Dumała juru l-arti Pollakka kontemporanja filwaqt li jirriflettu fuq l-arkivji storiċi. Permezz ta' interpretazzjonijiet mill-ġdid ta' narrattivi bibliċi u l-esplorazzjoni ta' tekniki artistiċi, il-padiljun jipprovdi rappreżentazzjoni dinamika tal-kultura u l-wirt Pollakk.

Awstrija – Il-padiljun Awstrijak ikkurat minn Carl Aigner fil-Forti Sant' Iermu fil-Belt Valletta joffri esperjenza trasformattiva. “Humanity's Spectrum" – permezz ta' figuri tat-terrakotta li jirrappreżentaw diversi aspetti tal-eżistenza umana, filwaqt li “Scapegoating through time" jesplora l-vittimizzazzjoni storika. Ix-xogħol artistiku ta' Christian Gmeiner iservi bħala ċentru, li jissimbolizza t-tama u l-empatija.

Italja – L-installazzjoni ta' Eugenio Tibaldi, “Informal Inclusion", tisfida n-narrattivi konvenzjonali billi tenfasizza spazji miftuħa u stejjer mhux irrakkuntati f'Villa Portelli, il-Kalkara. Ikkurata minn Francesca Guerisoli u Nicolas Martino, il-wirja titfa' dawl fuq il-kumplessitajiet tal-inklużjoni u l-legati kolonjali, filwaqt li tħeġġeġ lill-viżitaturi biex jaħsbu mill-ġdid il-perspettivi storiċi u jinvolvu ruħhom fi kwistjonijiet kontemporanji.

Ċina – Ikkurata minn YAN Weixin, il-wirja fil-Forti Sant' Iermu tesplora l-intersezzjonijiet ta' kliem u ritratti u tistieden lill-viżitaturi biex jiskopru mill-ġdid memorji mitlufa u joħolqu esperjenzi kulturali kondiviżi. Artisti bħal YAN Shanchun jikkontribwixxu għal din l-esplorazzjoni, billi jinsġu flimkien l-istorja, l-ispiritwalità u l-espressjoni artistika.

Open stands fil-Lugisland of art, Omenaart Foundation bl-isem ta' “Space & time" ikkurata mid-disinjatur magħruf Slovakk, Boris Kudlička. Din il-wirja għandha xogħlijiet minn artisti stabbiliti Maltin u Pollakki, li jinkludu installazzjonijiet speċifiċi għas-sit b'referenzi storiċi flimkien ma' għażla kkurata ta' xogħlijiet minn kollezzjonijiet u sensiliet importanti.

Għal aktar tagħrif żur: https://maltabiennale.art.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inawgurati aktar padiljuni f’maltabiennale.art 2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow