Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda

PR240430
Date Icon 18/03/2024

Fl-Esplora, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti flimkien mal-Professur Alan Deidun, f'isem l-Università ta' Malta, inawguraw esebizzjoni ġdida li bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, fosthom holograms, se jkunu qed juru l-ħajja ta' taħt il-baħar b'mod interattiv u lit-tfal ħa tgħinhom jimmaġinaw aħjar is-settur marittimu.

L-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li jitwessa' l-użu tat-teknoloġija fil-kamp marittimu, f'żoni mogħnija bil-bijodiversità, speċjalment għall-għanijiet ta' edukazzjoni ambjentali, magħrufa bħala ocean literacy, li twassal sabiex aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom f'dan il-kamp ta' riċerka u anke jingħata aktar tagħrif dwar speċi u ambjenti protetti f'żoni ta' Natura 2000.

Ġie spjegat li għal din l-esebizzjoni qed tintuża teknoloġija innovattiva u interattiva, bħar-realtà virtwali, robots u holograms, li qegħdin jgħinu biex jedukaw lit-tfal u jagħtu stampa ċara tas-settur marittimu.

Is-Segretarju Parlamentari Kieth Azzopardi Tanti spjega kif l-użu tat-teknoloġija fis-settur marittimu huwa wieħed mill-pilastri tal-istrateġija nazzjonali Smart Specialisation. “L-esebizzjoni li nedejna llum huwa biss il-bidu hekk kif din l-esibizzjoni ser tkompli tikber  biex tikkumplimenta l-esperjenza interattiva li hawn ġewwa l-Esplora minn perspettiva marittima," sostna s-segretarju parlamentari.

Il-Kap tal-Esplora Olaf Mc Kay semma kif din l-esebizzjoni, li tinkludi hologram tal-baleni u robot interattiv, se tkun qed issaħħaħ ukoll l-esperjenza tal-viżitaturi fl-Esplora. “Din l-inizjattiva turi biċ-ċar li f'pajjiżna qed isiru sforzi kollettivi sabiex is-settur tax-xjenza u t-teknoloġija jkompli miexi 'l quddiem. Sodisfatti li għandna din il-wirja permanenti ġdida li titratta r-riċerka marittima Maltija u nħarsu 'l quddiem għal aktar inizjattivi bħal tal-lum biex inkomplu nwasslu x-xjenza bl-aktar mod interessanti u interattiv."

Il-Professur Alan Deidun, lettur fl-Università ta' Malta u l-Ambaxxatur Malti għall-Oċean, tenna “Grazzi  għal dan l-ispazju permanenti pprovdut minn Esplora, wieħed jista' jogħdos fid-dinja ta' taħt il-baħar permezz tat-teknoloġija virtwali u interattiva."

Min-naħa tiegħu, ir-Rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Alfred Vella, qal “Sodisfatti li l-Esplora għarfet l-importanza li tidħol f'kollaborazzjonijiet ta' riċerka mal-Università, bħalma hija dik mħabbra llum."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow