Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Jinġabru 15-il tunellata ta’ skart f’erba’ sigħat wara l-festi ta’ San Patrizju f’San Ġiljan

pr240429
Date Icon 18/03/2024

Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni ġabret madwar 15-il tunellata ta' skart f'erba' sigħat wara l-festi ta' San Patrizju f'San Ġiljan.

Il-ħidma ta' CleanMalta fl-imsemmija lokalità kienet tinvolvi 22 ħaddiem li permezz ta' 2refuse vehicles, high pressure street washer, water bowser, 3 tipper vans u 2 fully electric sweepers daru żoni f'San Ġiljan li jinkludu l-akwati kollha ta' Paceville, Triq San Ġorġ u x-xatt tal-madwar.

Dawn id-dettalji ġew imħabbra waqt żjara li għamlu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, flimkien mad-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara f'San Ġiljan fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka li d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni kienet preparata bil-ħaddiema tant abbli tagħha kkumplimentata mill-investiment riċenti li sar f'apparat teknoloġiku u ambjentali. “Maltin, Għawdxin, kif ukoll turisti irrikorrew bl-eluf għal din il-festa ta' divertiment li f'dawn l-aħħar snin saret tattira massa ta' nies lejn l-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville. L-impenn tagħna ser jissokta billi naħdmu iżjed biex it-turiżmu u l-indafa pubblika jimxu id f'id għaż-żmien li ġej," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield elenka kif grazzi għad-dedikazzjoni tal-ħaddiema ta' din id-Diviżjoni, min se jgħaddi mit-toroq ta' San Ġiljan illum lanqas ser jinduna li lbieraħ kien hemm daqstant attività, hekk kif f'temp ta' ftit sigħat kollox kien imnaddaf. “Huwa kruċjali illi x-xogħol ta' tindif isir wara li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jgħaddu, imma huwa daqstant ieħor importanti illi dawk kollha li jattendu jagħmlu l-parti tagħhom sabiex jgħinuna verament nieħdu ħsieb pajjiżna," temm jgħid is-segretarju parlamentari.

Id-Direttur Ġenerali Ramon Deguara tenna li t-tindif sar f'ħin relattivament qasir u dan huwa grazzi għal kordinazzjoni  bejn ir-riżors uman u l-investiment li sar fl-aħħar xhur, li qed jagħtu riżultat mill-aqwa. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema għax-xogħol eċċellenti li jwettqu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Jinġabru 15-il tunellata ta’ skart f’erba’ sigħat wara l-festi ta’ San Patrizju f’San Ġiljan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Jinġabru 15-il tunellata ta’ skart f’erba’ sigħat wara l-festi ta’ San Patrizju f’San Ġiljan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Jinġabru 15-il tunellata ta’ skart f’erba’ sigħat wara l-festi ta’ San Patrizju f’San Ġiljan
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow