Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Ġunju 2024

pr240417
Date Icon 15/03/2024

AVVIŻ mill-Kummissjoni Elettorali indirizzat lil dawk il-persuni residenti f'Malta li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini ta' stat membru tal-Unjoni Ewropea u li jixtiequ jivvotaw f'Malta għall-kandidati li se joħorġu għall-elezzjoni f'Malta.

  • Persuni li għandhom Karta ta' Residenza valida maħruġa minn Identità u li kienu oriġinarjament għażlu li ma jivvotawx f'Malta (jiġifieri, jivvotaw fil-pajjiz tagħhom) jistgħu jsiru votanti rreġistrati jekk jimlew applikazzjoni apposta li trid titwassal fl-Uffiċċju Elettorali sal-15 ta' April, 2024.  Din il-formola tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali (In-Naxxar jew Ir-Rabat, Għawdex), mill-website

tal-Kummissjoni Elettorali (https://electoral.gov.mt/Media/Default/Documents/DOWNLOADS/ApplicationForms/MEPForm-3.pdf), mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Għases tal-Pulizija.

  • Persuni li m'għandhomx Karta ta' Residenza valida maħruġa minn Identità għandhom japplikaw minn Identità, Triq il-Wied, L-Imsida.  Dan għadu jsir mill-aktar fis possibbli u qabel ma' jiġi ppubblikat ir-Reġistru Elettorali validu għall-Elezzjonijiet ta' Membri għall-Parlament Ewropew u għandhom jassiguraw li bil-firma tagħhom jagħżlu li se jivvotaw f'Malta u fl-istess ħin ikunu qed jintrabtu li jivvotaw f'Malta u li ma jivvotawx fil-pajjiz tagħhom għal din l-elezzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow