STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultat tal-Ħruġ Tat-62+ Savings Bond tal-Gvern Ta’ Malta - Ħruġ 2024 – Maħruġ Permezz ta’ Offerta ta’ Rollover
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat tal-Offerta tar-Rollover li tnidiet fit-23 ta' Frar 2024 permezz ta' Stqarrija għall-Istampa Nr. PR240294, fejn detenturi eliġibbli tat-62+ MGSB – Ħruġ 2019 (Bond li ser jimmatura), kienu offruti l-opportunità sabiex iġeddu dan l-investiment fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2024 (Bond Ġdid), fid-data tal-maturità tal-Bond.
Kien hemm 11,966 detentur, li b'kollox jammontaw għas-somma nominali ta' €91,557,600 li kienu eliġibbli li jipparteċipaw f'din ir-Rollover. Minn dan l-ammont, it-Teżor irċieva 9,446 applikazzjoni li b'kollox jammontaw għas-somma nominali ta' €72,224,800, mingħand detenturi li għażlu li jġeddu dan l-investiment li ser jimmatura, fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2024. Id-data effettiva tat-tranżazzjoni ser tkun l-20 ta' Marzu 2024:
| Numru ta' Detenturi | Ammont Nominali (€) | |
Bond li ser Jimmatura 62+ MGSB – Ħruġ 2019 Detenturi Eliġibbli | 11,966 | 91,557,600 |
Bond Ġdid Detenturi eliġibbli li għażlu li jġeddu l-investiment fit- 62+ MGSB – Ħruġ 2024 | 9,446 | 72,224,800 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-MGSB li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931