AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għanduxjiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati tal-pestiċida Chlorpyrifos -Ethyl.
| Dittà: | La Cerignola di una volta | |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Tadam niexef fiż-żejt | |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Pomodori Secchi | |
| Użin: | 550g | |
| Lott: | M068 | |
| Data tad-durabbiltà: | 09/03/2026 | |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931