STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-ewwel edizzjoni ta’ Cindirella on Ice f’Malta bejn l-21 u l-24 ta’ Marzu
Bejn l-21 u l-24 ta' Marzu ta' din is-sena ser ikun qiegħed jittella' l-avveniment Cindirella on Ice f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dan l-avveniment huwa attrazzjoni ġdida f'pajjiżna u ser jinvolvi shows fuq is-silġ ispirati mill-istorja ta' Cindirella.
Din ser tkun attività għall-familji kollha bil-parteċipazzjoni ta' persuni rinomati fosthom eks rebbieħa ta' midalji tad-deheb fl-Olimpjadi li saru fil-Kanada lura fl-2019.
Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-organizzaturi ta' dan l-avveniment.
Il-Ministru Clayton Bartolo spjega kif permezz ta' dan l-avveniment se jkomplu joffru l-kwalità fil-prodott turistiku ta' pajjiżna. “Filwaqt li huwa importanti li nattiraw turisti ta' kwalità ogħla, irridu nagħmlu l-parti tagħna wkoll biex bħala pajjiż noffru valur miżjud fl-esperjenza sabiħa li kapaċi joffru l-Gżejjer Maltin kemm għal Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuruna," kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931