Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITA ATTIVÀ Magna ġdida tal-Bone Density f’San Vinċenz de Paul

pr240402
Date Icon 12/03/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet tħabbar investiment ieħor f'San Vinċenz de Paul fejn ġiet inawgurata magna ġdida tal-bone density, li se tkompli ttejjeb il-kwalità ta' ħajja tal-anzjani. L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Ġie spjegat kif permezz ta' din il-magna jitwettaq scan tad-densità fl-għadam biex jitkejjel il-kontenut mineral fl-għadam tal-persuna kif ukoll jipprovdi informazzjoni lit-tobba dwar tnaqqis potenzjali fil-massa tal-għadam. Din il-kundizzjoni tagħmel l-għadam aktar fraġli fejn twassal għal iktar ksur. L-għan ta' dan l-investiment hu li jindirizza il-ħtieġa li dejjem qed tikber ta' scans fl-għadam, fejn huwa stmat li se jsiru scans għal madwar 70 pazjent kull ġimgħa f'San Vinċenz. Għaldaqstant dan l-investiment se jwassal għal servizzi tal-kura tas-saħħa aktar effiċjenti.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif dan is-servizz ġdid li se jingħata permezz tal-magna l-ġdida, ser ikun qed jikkumplimenta għadd ta' servizzi oħrajn li jingħataw f'San Vinċenz fejn minnu se jibbenefikaw mhux biss ir-residenti f'San Vinċenz de Paul, imma wkoll anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani u dawk li għadhom jgħixu fil-komunità. Saħaq li permezz ta' dan l-investiment mhux biss qed jipprevjenu li persuna tweġġa' serjament, imma wkoll qegħdin jinvestu fis-saħħa tal-individwu u jevitaw ksur jew saħansitra operazzjonijiet serji li jħallu xi tip ta' diżabilità.

“Dan ikompli juri li bħala gvern mhux biss qed ninvestu fejn jidħol apparat li jikkumplimenta l-aqwa teknoloġija disponibbli għall-professjonisti mediċi, imma wkoll li minn dan l-investiment jibbenefikaw ukoll l-anzjani tagħna," temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea tkellem fuq il-ħidma li qed ssir b'impenn kbir fil-qasam tal-anzjani, sabiex ir-residenti fi ħdan San Vinċenz jingħataw l-aqwa kura possibbli f'San Vinċenz stess kif ukoll li jiġi offrut servizz lil dawk l-anzjani li jiffurmaw parti mill-komunità.

“Il-prevenzjoni dejjem għandha tkun l-ewwel arma fil-qasam tas-saħħa u għalhekk screening bħal ma hu dak tal-bone density huwa importanti ħafna. Jekk wieħed jinduna minn kmieni li hemm bżonn supplimenti biex jissaħħaħ l-għadam, dan jista' jnaqqas l-inċidenza ta' ksur - xi ħaġa li hija komuni ħafna fl-anzjani u li spiss iġġorr magħha kumplikazzjonijiet oħra", temm jgħid is-segretarju parlamentari.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITA ATTIVÀ Magna ġdida tal-Bone Density f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITA ATTIVÀ Magna ġdida tal-Bone Density f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITA ATTIVÀ Magna ġdida tal-Bone Density f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITA ATTIVÀ Magna ġdida tal-Bone Density f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow