Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Programm ta’ attivitajiet għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Kunsill Reġjonali tal-Punent

pr240401
Date Icon 12/03/2024

Il-Kunsill Reġjonali tal-Punent ħejja ktejjeb bi programm ta' attivitajiet organizzati mill-kunsilli lokali fi ħdan l-istess reġjun. Dan ġie mniedi waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari tal-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u mill-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent Sandro Azzopardi fl-Oratorju ta' San Ġużepp fir-Rabat. Ġie mħabbar ukoll li l-Kunsill Reġjonali tal-Punent iffinanzja numru ta' attivitajiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa li se jittellgħu mill-kunsilli lokali fi ħdanu.

Is-segretarju parlamentari faħħret l-inizjattiva tar-reġjun Punent li għaraf li jsostni lill-kunsilli lokali fi ħdanu sabiex ikomplu jorganizzaw attivitajiet kulturali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Hija spjegat fuq l-importanza li jkomplu jiġu sostnuti t-tradizzjonijiet kulturali u reliġjużi li huma parti integrali mill-identità Maltija, sabiex jibqgħu jintirtu mal-ġenerazzjonijiet.

“L-attivitajiet reliġjużi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa mhumiex biss importanti għas-sostenn tal-kultura, iżda permezz tagħhom dilettanti, voluntiera u artisti jkollhom l-opportunità li jesebixxu xogħolhom li jagħmlu b'tant dedikazzjoni u reqqa," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

L-attivitajiet fil-programm ser jittellgħu fuq medda ta' tliet ġimgħat, bl-ewwel attività ser tittella' nhar il-15 ta' Marzu f'Ħaż-Żebbuġ u bl-aħħar attività ser tittella' nhar is-7 ta' April, attività organizzata mil-parroċċa ta' Ħal Kirkop.

Min-naħa tiegħu, l-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent Sandro Azzopardi qal li l-għan ewlieni wara l-pubblikazzjoni ta' dan il-ktejjeb kien li l-pubbliku jkun mgħarraf tajjeb b'dak kollu li jkun qed jiġri fl-ibliet u l-irħula fir-Reġjun Punent. Huwa spjega li permezz ta' dan il-ktejjeb wieħed ikun jista' jipprogramma fejn jista' jmur u jkollu informazzjoni dettaljata fuq kull attività. Is-Sur Azzopardi qal ukoll li l-ħsieb li l-ktejjeb jiġi mniedi mill-lokalità tar-Rabat kien minħabba li l-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet saret propju fil-lokalità tar-Rabat.

Is-Sindku tar-Rabat, Sandro Craus qal li dan il-programm ta' attivitajiet ser ikompli jikkumplimenta n-niċċa tat-turiżmu reliġjuż fil-lokalità tar-Rabat.

Dawk interessati jistgħu jiksbu kopja tal-ktejjeb mill-kunsilli lokali fi ħdan ir-Reġjun tal-Punent u għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur il-paġni soċjali tar-Reġjun Punent.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Programm ta’ attivitajiet għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Kunsill Reġjonali tal-Punent
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Programm ta’ attivitajiet għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Kunsill Reġjonali tal-Punent
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow