AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m'għandomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilita` ta' preżenza ta' moffa.
| Isem tal-Prodott: | Protein pancake (togħmiet ta' Karamel; Vanilla; Pistaċċi) |
| Ditta: | Nanosupps Ä |
| Użin: | 45g |
| Lottijiet u Dati tad-Durabbiltà: | ct319-23 (Karamel); 15/05/2024 v321-23 (Vanilla); 17/05/2024 p320-23 (Pistaċċi); 16/05/2024 |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931