Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Kap eżekuttiv ġdid għall-Aġenzija Identità

PR240194
Date Icon 08/02/2024

Is-Sur Steve Agius inħatar bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv ġdid tal-Aġenzija Identità mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri.

Is-Sur Agius, matul l-aħħar erba' snin, kien iċ-Chief Operating Officer fl-Isptar Mater Dei. Huwa kien ukoll il-kap tal-programm nazzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19 u kien ukoll responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' tilqim.

Qabel ma kien assuma l-irwol tiegħu f'Mater Dei, is-Sur Agius kien iċ-Chief Information Officer mar-regolatur nazzjonali tat-telekomunikazzjoni. Qabel kien ukoll Project Manager fejn mexxa diversi proġetti fl-oqsma tal-immaniġġjar strateġiku tal-informazzjoni, it-trasformazzjoni tan-negozju u l-immudellar tal-proċessi

Minbarra r-responsabbiltajiet professjonali tiegħu, is-Sur Agius huwa wkoll senior visiting lecturer fl-Università ta' Malta fejn jagħti lectures dwar big data analytics. Huwa gradwat fis-sistemi tal-informazzjoni u l-kompjuter u għandu MBA fl-e-Business. Bħalissa qed jagħmel Dottorat mal-Università ta' Malta u dik ta' John Moores ta' Liverpool dwar l-użu tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet

Il-Ministru Byron Camilleri feraħ lil Steve Agius għall-irwol ġdid li ngħata f'din l-aġenzija li b'xi mod jew ieħor, kull persuna tmiss mal-ħidma tagħha tul ħajjitha, u li bil-kapaċitajiet u l-esperjenza tiegħu ser ikompli jmexxi lill-Aġenzija 'l quddiem. Il-Ministru Camilleri rringrazzja wkoll lill-Kurunell Mark Mallia tal-ħidma importanti li huwa għamel fl-Aġenzija Identità fl-aħħar snin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Kap eżekuttiv ġdid għall-Aġenzija Identità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow