Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

PR240192
Date Icon 08/02/2024

“...il-valur ta' solidarjetà soċjali tispikka f'persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi", qal l-Ispeakertal-Kamra tad-Deputati, meta f'serata fil-binja tal-Parlament nieda l-ktieb 'Carm Mifsud Bonnici, 25 Sena fil-Parlament Malti'.

F'kelmtejn tal-okkażjoni, l-Ispeaker tkellem dwar il-kwalitajiet li huma essenzjali għal persuna fil-ħajja pubblika, jiġifieri, li jaqdi lill-poplu Malti. Huwa qal li l-politiku jeħtieġ li juri rispett lejn kulħadd, li jħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' kulħadd. Dr Farrugia qal li l-politiku għandu jirrispetta lill-kulħadd, kemm sħabu deputati li magħhom jaqsam l-istess ħsieb politiku, kif ukoll, ma' dawk meqjusa avversarji filwaqt li għandhom l-obbligu li jfittxu dejjem l-interess u l-ġid komuni tal-poplu Malti u b'mod partikulari dawk li għal xi raġuni waqgħu lura jew il-foqra ta' żmienna.

F'għeluq id-diskors tiegħu, l-Ispeaker awgura lil Carmelo Mifsud Bonnici snin fil-ħajja pubblika u dejjem u li jibqa' l-politiku oġġettiv, għalliem b'tant parir tajba, u fuq kollox jissokta f'ħidma favur iż-żgħar tas-soċjetà.

Indirizzaw din l-okkażjoni Victor Camilleri, Evarist Bartolo, Robert Cutajar, Whip tal-Oppożizzjoni, u Chris Fearne, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “...il-valur ta’ solidarjetà soċjali tispikka f’persuna li tassew temmen fil-prinċipji nsara u demokratiċi” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow