Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-anzjani fil-Furjana

pr240189
Date Icon 07/02/2024

L-anzjani Furjaniżi li għadhom jgħixu fil-komunità se jibdew igawdu mis-servizz ta' Ċentru ta' Matul il-Jum ġdid. Dan ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea flimkien mas-Sindku tal-Lokal Vincent Borg.

Dan il-proġett sar b'investiment parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej, fejn is-sular ta' fuq tal-binja tal-kunsill lokali li ma kienx qiegħed qed jintuża inbidel f'Ċentru ta' Matul il-Jum għall-anzjani li jgħixu fil-komunità.

Dan il-proġett kien jinkludi xogħlijiet biex il-binja tkun aktar aċċessibbli għall-anzjani, inkluż l-installazzjoni ta' lift u toilets aċċessibbli. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' kitchenette ġdida u kamra għar-rikreazzjoni sabiex l-anzjani jkollhom post adegwat fejn jissoċjalizzaw. F'din il-kamra se jkun hemm carer preżenti sabiex tassisti lill-anzjani. Huwa ppjanat ukoll li jibdew jingħataw korsijiet bażiċi għal dawk l-anzjani interessati.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-Gvern jemmen bi sħiħ fl-importanza tal-inklużjoni u l-aċċessibbiltà għal soċjetà aktar ġusta, u li dawn iż-żewġ fatturi ser jissarfu tajjeb fil-komunità Furjaniża permezz ta' dan il-proġett. Hija kompliet tisħaq li l-Gvern se jibqa' jkun ta' spalla għall-kunsilli lokali għaliex jemmen li l-kunsill lokali huma l-estensjoni tal-ħidma tal-Gvern fiċ-ċentru tal-lokalitajiet Għawdxin u Maltin.

“Nifraħ lill-kunsill lokali tal-Furjana li għaraf il-bżonnijiet tal-komunità anzjana u ħadem favur dan il-proġett b'risq li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea tkellem fuql-importanza ta' dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum fejn l-anzjani għandhom iċ-ċans li jiltaqgħu flimkien, jissoċjalizzaw u jiġġieldu s-solitudni. Huwa spjega kif flimkien ma' programmi ta' attivitajiet fiżiċi u ta' stabbilità mentali mfassla għall-individwi, dan jissarraf fi kwalità ta' ħajja aħjar u serħan il-moħħ għall-familjari.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea temm jgħid kif dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum, qed ikomplu jgħinu u jagħtu dinjità lill-anzjani kif ukoll jibqgħu jiffurmaw parti mill-komunità.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Furjana Vincent Borg spjega li l-ġranet tal-ftuħ ser ikunu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu.

Preżenti waqt din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll diversi membri mill-Kunsill Lokali tal-Furjana u l-Assistent Direttur fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tan-Norveġja, Torill Johansen.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-anzjani fil-Furjana
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-anzjani fil-Furjana
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-anzjani fil-Furjana
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-anzjani fil-Furjana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow