STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Estiża l-iskema “Nikru Biex Nassistu”
Jibbenifikaw aktar minn 1,000 familja mill-bidu tal-iskema
Wara s-suċċess li kellha l-iskema “Nikru Biex Nassistu", sa mill-bidu tagħha fl-2017, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li din l-iskema qed terġa' tiġi estiża.
Il-Ministru spjega li l-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, se jkun qiegħed joħroġ sejħa lill-privat biex jiġu mikrija lilu diversi proprjetajiet, fejn dawn mbagħad jiġu mikrija lil persuni li għandhom bżonnijiet soċjali. Huwa semma li preżentement din l-iskema qed toffri saqaf lil aktar minn 1,000 familja.
Sidien li jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar ikunu qed jibbenefikaw minn:
- Kirja garantita għall-10 snin li ġejjin;
- Kirja bil-quddiem sa 6 xhur;
- Eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kirja.
Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-lokalità ta' Raħal Ġdid, liema lokalità għanda iktar minn 30 proprjetà parti minn din l-iskema.
Il-Ministru Galdes saħaq li l-estensjoni ta' din l-iskema tmur id f'id mal-ikbar investiment li qed jsir fil-bini ta' akkomodazzjoni soċjali. “L-għan tal-Gvern huwa wieħed ċar - irridu nkomplu nsaħħu n-numru ta' propjetajiet li għandu l-Gvern biex inkunu f'pożizzjoni li noffru saqaf diċenti u dinjituż lil dawk l-individwi u familji li huma l-aktar fil-bżonn."
Il-Ministru Galdes żied jgħid li din l-iskema hija parti minn kullana ta' inizjattivi li jkomplu joffru saqaf diċenti lill-familji. Fil-fatt, meta ikkumparat ma' snin preċedenti n-numru ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali naqqas bin-nofs.
Il-Kap tat-Taqsima għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Mariella Cutajar qalet li l-Awtorità tad-Djar hija determinata biex bi skema bħal din aktar familji li huma l-aktar fil-bżonn, b'ħidma mas-settur privat, jingħataw ambjent xieraq fejn jgħixu.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934