Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Karnival iċċelebrat fl-Esplora bl-avveniment Karta Festa

pr240186
Date Icon 07/02/2024

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu għal żmien il-Karnival bl-avveniment “Karta Festa". Id-dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u l-Kap tal-Esplora Olaf Mc Kay.

It-tema magħżula għal din l-edizzjoni ta' “Karta Festa", li ser issir bejn l-10 u l-14 ta' Frar 2024, se tkun proprju l-karta, b'metodi differenti kif wieħed jista' jkun aktar sostenibbli fl-użu tal-karta billi jirriċiklaha u jerġa' jagħmel użu mill-ġdid tagħha. Waqt dan l-avveniment, l-Esplora se jkollha numru t'attivitajiet għall-familja kollha fejn dawk preżenti se jkollhom il-possibbiltà li jibnu u jirrestawraw maskeruni, fost attivitajiet oħra relatati mal-Karnival.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna kemm huma importanti avvenimenti bħal dawn li jkomplu jżommu ħaj il-kultura u t-tradizzjonijiet lokali li ilhom jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Sostna li l-Esplora, apparti li se toffri avveniment li jista' jitgawda mill-familja kollha, se tkun qed tipprovdi aktar informazzjoni dwar miżuri li bihom inħarsu u nippreservaw l-ambjent tagħna.

“L-Esplora toffri spazju interattiv għall-familji fejn fih jistgħu jiġu u jgawdu diversi esibizzjonijiet u attivitajiet li jressquhom aktar viċin tas-suġġetti STEM, f'dan il-każ bl-inklużjoni tal-arti. Permezz ta' din l-inizjattiva qed nisħqu wkoll fuq l-importanza li nirriċiklaw l-materjal li ġej mill-karta u nagħmlu użu mill-ġdid tiegħu," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Il-Kap tal-Esplora, Olaf McKay qal li “L-Esplora qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-avveniment vibranti u kkulurit relatat mal-Karnival. L-attivitajiet ippjanati huma mmirati biex jippromwovu suġġetti STEAM fi ħdan il-komunità, filwaqt li nqanqlu l-kreattività tal-viżitaturi u nippromwovu kultura ta' kurżità xjentifika anke waqt iż-żmien tal-Karnival."

L-avvenimentKarta Festa se jittella' bejn l-10 u l-14 ta' Frar fiċ-Ċentru Interattiv tal-Esplora, il-Kalkara bejn l-10am u l-5pm. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jaċċessa s-sit: Karta Festa - Esplora.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Karnival iċċelebrat fl-Esplora bl-avveniment Karta Festa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Karnival iċċelebrat fl-Esplora bl-avveniment Karta Festa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow