AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba kontaminazzjoni potenzjali bin-Norovirus.
Norovirus jikkawża mard gastrointestinali fil-bnedmin. Infezzjoni ta' norovirus tista' tikkawża rimettar, dijarea, u uġigħ fl-istonku. Sintomi inqas komuni huma deni baxx, tertir tal-bard u uġigħ ta' ras. Ir-rimettar jista' jkun f'daqqa u frekwenti li jirriżulta f'telf ta' fluwidu notevoli.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Mirtilli giganti americani (prodott friżat) |
| Ditta: | Freshona |
| Użin: | 500g |
| Lott involut: | LP3144DL7 |
| Data tad-durabbiltà: | 05/2025 |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934