STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr240164
05/02/2024
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq l-Isqof Scicluna u Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi; u
Triq il-Blue Sisters, Triq Edward De Bono, Triq Sir Joseph Carbone u
Triq is-Sorijiet, San Ġiljan; u
Triq id-Dejqa u Trejqa l-Kavallerizza, is-Siġġiewi
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta' Frar, 2024, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-2 ta' Frar, 2024.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934