Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Għajnuna li tiffaċilita t-tagħlim tal-isport tal-ibburdjar b’mod tanġibbli

PR240163
Date Icon 04/02/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien ma’ SportMalta, taw kontribuzzjoni f’apparat sportiv lill-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar. Din il-kontribuzzjoni t’apparat hija parti mil-legat li SportMalta wettqet b'investiment waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima stqarr, “Bħala Ministeru kif ukoll SportMalta qed naraw kif insibu mezzi u opportunitajiet biex nagħtu appoġġ lill-isportivi tagħna. Din l-inizjattiva hija waħda mid-diversi proġetti li għaddejjin bħalissa, f’dan il-każ qed nagħtu l-appoġġ u s-sostenn tagħna lill-isportivi u d-dixxiplina sportiva li rajna progress kbir fiha f'dawn l-aħħar snin. Nawgura li permezz ta’ dan l-apparat ikollna aktar.”

Permezz ta’ din il-kontribuzzjoni t’apparat, il-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar illum ingħatat sett ta’ tmien bagi awtomatiċi (SMARTMARKS) bl-aktar teknoloġija moderna sabiex ittejjeb il-livell tat-tlielaq tal-ibburdjar, filwaqt li tiffaċilita l-organizzazjoni ta’ dawn it-tlielaq u regatti. Flimkien ma’ dawn is sett bagi, il-Federazzjoni ingħatat ukoll erba’ offshore coaching ribs sabiex it-tagħlim tal-isport tal-ibburdjar ikun jista’ jsir b'mod iktar professjonali u sigur. 

Il-Viċi Chairperson ta’ SportMalta Matthew Pisani spjega kif il-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar, bl-appoġġ ta’ SportMalta, kienet attiva fil-promozzjoni ta’ dan l-isport u dawn l-isforzi ġġeneraw żieda sostanzjali fl-attivitajiet tat-tbaħħir, kif ukoll l-użu tal-ibburdjar bħala sport miż-żgħażagħ Maltin. Qal li l-ġeografija ta’ Malta hija eċċellenti għall-prattika u l-wirjiet eventwali ta’ suċċess f’dan l-isport. Il-President tal-Federazzjoni tal-Ibburdjar, Michael Mifsud saħaq kif il-Federazzjoni ġabet l-aqwa riżultat lejn Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f'Ġunju tal 2023. “L-isport tal-ibburdjar dejjem ġab unuri lejn xtutna u b'dan l-investiment, dan it talent u ħidma ser ikunu sostnuti aħjar min qatt qabel”, qal Mifsud.

Dawn ir ribs ser jingħataw lill-klabbs li huma membri tal federazzjoni: Birżebbuġa Sailing Club, Malta Young Sailors Club, Royal Malta Yacht Club u Vikings Sailing Club

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Għajnuna li tiffaċilita t-tagħlim tal-isport tal-ibburdjar b’mod tanġibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Għajnuna li tiffaċilita t-tagħlim tal-isport tal-ibburdjar b’mod tanġibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Għajnuna li tiffaċilita t-tagħlim tal-isport tal-ibburdjar b’mod tanġibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow