STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Malta) u Qorti Ewropea tal-Awdituri - Seminar Konġunt Annwali dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-AI fl-Awditjar Pubbliku
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA), ospitaw is-Seminar Konġunt Annwali tagħhom fil-Furjana. Il-fokus tas-seminar ta' din is-sena kien it-tema kruċjali ta' “Diġitalizzazzjoni u AI fl-Awditjar Pubbliku". Il-parteċipanti kienu jinkludu staff tal-NAO, Membri Parlamentari mill-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi, eks Membri Maltin tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Segretarju Permanenti Ewlieni u d-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet.
Is-seminar kellu l-għan li jservi bħala pjattaforma għal diskussjonijiet estensivi u l-iskambju ta' għarfien espert fir-rigward tal-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali u l-intelliġenza artifiċjali fil-qasam tal-awditjar pubbliku. Kelliema, kemm mill-NAO kif ukoll mill-ECA, qasmu l-perspettivi, l-esperjenzi, u l-istrateġiji futuri tagħhom dwar dan is-suġġett trasformattiv.
Il-programm kien fih indirizz introduttorju mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, il-ħarsa tal-QEA dwar il-kwistjoni ppreżentata minn Dr George Marius Hyzler, Membru tal-QEA, l-esperjenzi tal-QEA, u d-direzzjoni futura diskussa mis-Sur Emanuele Fossati, Espert tal-QEA, implikazzjonijiet ġenerali tal-AI esplorata minn Dr Michel Camilleri, eks akkademiku dwar l-AI, u l-perspettiva tal-NAO ppreżentata minn Simon Camilleri, Manager tal-Awditjar u l-Operazzjonijiet tal-IT tal-NAO. Il-punti ewlenin mis-seminar ġew spjegati mis-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali. Finalment, is-Sur Charles Deguara u Dr George Marius Hyzler għamlu bejniethom ir-riflessjonijiet tal-għeluq dwar it-tema.
Dan is-seminar konġunt tal-NAO u l-ECA offra għarfien siewi dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jirriżultaw miż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-AI fil-prattiki tal-awditjar pubbliku. Is-seminar ipprovda wkoll opportunità għall-NAO u l-ECA biex jenfasizzaw il-kooperazzjoni eċċellenti u r-relazzjoni ta' ħidma bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-awditjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934