STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr240144
01/02/2024
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq il-Buskett, Ħad-Dingli, u
Triq l-Isptar, Tal-Pietà,
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Jannar, 2024, u jidher ukoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet". Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-30 ta' Jannar, 2024.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934