Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti u inizjattivi mill-kunsilli lokali fil-qalba tal-komunitajiet

pr240132
Date Icon 30/01/2024

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u d-Direttur Ġenerali għad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali ħabbru l-iskemi finanzjarji għall-kunsilli lokali għal din is-sena. L-għan ewlieni ta' dawn l-iskemi huwa li l-kunsilli lokali jkollhom il-finanzi meħtieġa sabiex jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u jimplimentaw proġetti fl-aqwa interess tar-residenti Maltin u Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dawn l-iskemi finanzjarji għall-kunsilli lokali huma turija ċara kemm dan il-Gvern baqa' ta' spalla għall-kunsilli sabiex ikomplu jgħaqqdu l-funzjonijiet tagħhom bl-aqwa u l-aktar mod effiċjenti u effikaċi, favur il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti.

“Dawn l-iskemi huma kollha kkreati b'ħafna ħsieb sabiex naċċertaw ukoll li nkomplu nimplimentaw il-miżuri msemmija fil-Viżjoni Strateġika Nazzjonali tal-Gvern Lokali u kif ukoll inkomplu inwettqu l-miżuri elettorali relatati mal-Gvern Lokali," spjegat is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

L-iskemi ta' finanzjament għall-kunsilli lokali għal din is-sena jinkludu:

  • Skema għall-Attivitajiet Kulturali u tal-Milied
  • Inizjattiva Finanzjarja għal Lokalitajiet aktar Nodfa
  • Finanzjament għall-Komunitajiet aktar b'Saħħithom u Inklussivi
  • Fond ta' Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern
  • Servizz ta' Xogħlijiet għal Żvilupp ta' Community Gardens

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli semmiet ukoll kif din is-sena ser tiġi mġedda l-iskema finanzjarja tar-Reġjun Kulturali għas-sena 2025, b'finanzjament ta' €250,000. Hija spjegat ukoll li l-impjiegi tal-ħaddiema taħt l-iskema Community Inclusive Employment Scheme, li jammonta għal 37 impjieg mal-kunsilli lokali, ser jiġu mġedda b'finanzjament ta' madwar €350,000. Filwaqt li l-ingaġġ ta' 8 Animal Steward Officers ser jerġa' jiġġedded ukoll bl-ispiża ta' madwar €106,000.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Kevin Mahoney qal li flimkien mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali impenjati sabiex il-fondi jitqassmu b'mod ġust bejn il-kunsilli lokali, bil-għan li r-residenti kollha jieħdu l-massimu tal-benefiċċju ta' dawn il-fondi.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Emil Vassallo qal li l-iskemi mnedija ser jissarfu f'diversi proġetti ambjentali, edukattivi, kulturali u inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. “Inħarsu 'l quddiem għall-applikazzjonijiet tal-kunsilli lokali sabiex inkomplu inwettqu flimkien proġetti li ser jibbenefikaw minnhom ir-residenti," saħaq is-Sur Vassallo.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll id-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u diversi presidenti tal-kunsilli reġjonali, sindki u segretarji eżekuttivi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti u inizjattivi mill-kunsilli lokali fil-qalba tal-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti u inizjattivi mill-kunsilli lokali fil-qalba tal-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti u inizjattivi mill-kunsilli lokali fil-qalba tal-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti u inizjattivi mill-kunsilli lokali fil-qalba tal-komunitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow