Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura jsegwi mill-qrib l-għajnuna diretta li l-Gvern qed jagħti lis-settur agrikolu

pr240131
Date Icon 30/01/2024

Fit-tieni jum taż-żjara li qed jagħmel f'pajjiżna l-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura Janusz Wojciechowski seta' jara r-realtajiet agrikoli ta' pajjiżna, l-investiment u l-għajnuna tal-Gvern fil-qasam agrikolu u żar numru ta' bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin. 

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, il-Kummissarju Ewropew żar is-settur agrikolu f'Għawdex, fejn hemmhekk iltaqa' ma' bdiewa Għawdxin fl-għelieqi u l-irziezet tagħhom, li stqarrew kif fi sfond tal-isfidi li x-xena internazzjonali ġabet fuq is-settur, sabu lill-Gvern li jgħinhom jerfgħu l-piż.  Il-Kummissarju Ewropew ikkumplimenta l-impenn tal-Gvern Malti li għen lis-settur f'dan iż-żmien ta' kriżi permezz ta' fondi nazzjonali li kkumplimentaw fondi Ewropej.

F'Għawdex, il-Kummissarju Ewropew Wojciechowski żar ukoll fabbrika ewlenija tal-ipproċessar tat-tadam, kif ukoll ra l-popolarità li qed tieħu n-niċċa turistika tal-Agri-Turiżmu f'pajjiżna, partikolarment f'din il-gżira. 

Waqt din iż-żjara, il-Ministru Anton Refalo semma u ddiskuta numru ta' punti ewlenin, fosthom il-ħidma li qed twettaq Malta favur is-sigurtà tal-ikel u l-ġlieda tagħha kontra t-tibdil fil-klima, ir-riforma tal-qbiela, il-proġetti u inizjattivi li jħeġġu prodotti tal-biedja organika u li aktar żgħażagħ jidħlu jaħdmu f'dan il-qasam.

Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura għal din iż-żjara fejn anke ltaqa' mal-ħaddiema fis-settur agrikolu fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Huwa tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ dan il-qasam, permezz ta' għadd ta' inizjattivi u miżuri li kontinwament jiġu mħabbra favur l-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura jsegwi mill-qrib l-għajnuna diretta li l-Gvern qed jagħti lis-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura jsegwi mill-qrib l-għajnuna diretta li l-Gvern qed jagħti lis-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura jsegwi mill-qrib l-għajnuna diretta li l-Gvern qed jagħti lis-settur agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow