Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ftit tal-ġimgħat oħra Dar San Ġużepp f’Għajnsielem tibda tilqa’ l-ewwel anzjani fiha

pr240125
Date Icon 30/01/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar Dar San Ġużepp f'Għajnsielem, proġett li se jitlesta fi ftit tal-ġimgħat oħra hekk kif ix-xogħlijiet ta' M&Es, finishings u furnishings kważi tlestew kollha.

Fil-fatt, f'Marzu li ġej din id-dar mibnija fuq aktar minn tliet tomniet se tilqa' fiha l-ewwel 120 resident anzjan u anzjana.

“Madwar xahar ieħor se tibda topera Dar San Ġużepp. Matul l-aħħar ħames xhur żammejna kelmtna u x-xogħlijiet se jkunu mhux biss lesti kollha imma se nkunu fi stadju li nibdew noperaw din id-dar. Għaldaqstant, ftit tal-jiem oħra se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Għawdxin kollha li jixtiequ jidħlu f'din id-dar tal-anzjani," stqarr il-Ministru Camilleri.

Dar San Ġużepp se tikkonsisti f'120 sodda fi kmamar kollha b'en suite mifruxin fuq erba' livelli, b'veduti tal-kampanja u l-baħar. Id-dar se tkun waħda tal-ogħla standards u aċċessibbli u se tikkonsisti f'żoni mdaqqsa ta' spazji soċjali kif ukoll spazji ħodor fuq barra.

Min-naħa tagħha, Natalie Briffa Farrugia, iċ-Chairperson ta' Vassallo Group, ħeġġet lill-anzjani u lill-familjari sabiex japplikaw għal din id-dar f'Għajnsielem li se tkun tal-aqwa livell u se jkollha l-aħjar servizzi għall-anzjani.

“Dar San Ġużepp mhux biss se tibda topera iżda se tkun dar tal-ogħla livell, bl-ogħla standards għaliex hekk jixraq lill-Għawdxin u lir-residenti li se jkunu qed jgħixu fiha," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ftit tal-ġimgħat oħra Dar San Ġużepp f’Għajnsielem tibda tilqa’ l-ewwel anzjani fiha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ftit tal-ġimgħat oħra Dar San Ġużepp f’Għajnsielem tibda tilqa’ l-ewwel anzjani fiha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ftit tal-ġimgħat oħra Dar San Ġużepp f’Għajnsielem tibda tilqa’ l-ewwel anzjani fiha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ftit tal-ġimgħat oħra Dar San Ġużepp f’Għajnsielem tibda tilqa’ l-ewwel anzjani fiha
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow