Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria

PR240124
Date Icon 29/01/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, żar ix-xogħol ta' rikostruzzjoni li qed isir fuq it-Triq ta' Wara s-Sur, il-Belt Victoria, b'valur ta' €1.5 miljun.

F'din it-triq qed jiġu installati servizzi ġodda li jinkludu fost l-oħrajn mains ġodda tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, sistema ġdida tad-drenaġġ, katusi tan-new water li jwasslu l-ilma tat-tisqija lill-bdiewa, katusi tal-ġbir tal-ilma tax-xita u dawk tat-telekomunikazzjoni. Qed isiru wkoll bankini ġodda, jissaħħu l-ħitan tas-sejjieħ u finalment se tkun qed tingħata t-tarmak mill-ġdid.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li x-xogħol fuq it-Triq ta' Wara s-Sur għaddej b'mod tajjeb fejn fil-parti residenzjali, jiġifieri fl-ewwel parti, ix-xogħol tas-servizzi taħt it-triq huma kompluti.

“Hawnhekk għaddejna żewġ mains ġodda tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, main tad-drenaġġ, connections ġodda għar-residenzi kollha u storm water culvert li se jkun qed jisponta lejn it-triq ta' Marsalforn sabiex hekk kif tibda t-triq ta' Marsalforn inkunu nistgħu nikkumnikaw dan l-istorm water culvert mal-istess triq. Hekk kif issa qed noqorbu għal żmien il-Karnival parti minn din it-triq se tingħata t-tarmak u tinfetaħ għall-pubbliku mbagħad inkomplu għaddejjin fuq il-parti li jmiss tal-istess Triq ta' Wara s-Sur," spjega l-Ministru Camilleri.

Huwa qal li f'din il-parti se tinħoloq junction ġdida sabiex jinqata' darba għal dejjem il-bottleneck fir-Rabat. Kompla li din il-junction se tkun waħda mill-junctions u toroq alternattivi ġodda li se jsiru fir-Rabat, jiġifieri wara din it-triq se jsir ix-xogħol ta' Triq George Pisani, triq ġdida li wkoll se toffri triq alternattiva għal dawk li sejrin Marsalforn.

“L-għan ta' dan il-proġett huwa sabiex jinqata' kemm jista' jkun it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat," temm għid il-Ministru Clint Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow