Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ppreżentat bil-ktieb “Leave No One Behind”

pr240101
Date Icon 24/01/2024

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, ġie ppreżentat bil-ktieb “Leave No One Behind" mis-CEO tal-Malta Food Agency s-Sur Brian Vella. 

Il-ktieb fih ġabra ta' diskorsi u kontribuzzjonijiet  minn diversi kelliema kemm Maltin u barranin li kienu pparteċipaw f'konferenza li nżammet fil-Parlament ta' Malta nhar l-14 ta' Ottubru 2023 li matulha ġiet diskussa t-tbatija ta' tant bnedmin neqsin mill-ikel bnin, l-aktar f'pajjiżi foqra. 

L-Ispeaker f'kelmtejn tal-okkażjoni appella lill-komunità internazzjonali sabiex tieħu azzjoni immedjata u tanġibbli biex tiżdied il-produzzjoni tal-ikel fid-dinja u li pajjiżi għonja nkluż l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandhom jikkollaboraw aktar ma' organizzazzjonijiet internazzjonali biex jitfassal pjan ta' azzjoni biex tiżdied il-produzzjoni tal-ikel, bil-pajjiżi foqra jingħataw l-għajnuna meħtieġa fil-qasam tal-biedja u s-sajd bl-għan aħħari jkun, li dawn is-setturi vitali għal ħajja jikbru biex isiru għajn ta' dħul ekonomiku ewlieni. 

L-Ispeaker ikkonkluda billi qal li għandu jitwassal messaġġ ieħor vitali, dak li kull persuna għandha jkollha aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb, bi dritt. Hu qal li f'dawn l-aħħar ġimgħat, ġie rrapportat f'diversi ġurnali barranin,  kif  ġewwa Gaża, 95% tal-popolazzjoni, m'humiex jixorbu ilma tajjeb u qed jikkawżawlhom ħafna mard, u għaldaqstant appella sabiex f'dan il-każ, l-awtoritajiet Iżraeljani jagħrfu li l-gwerra ma għandiex tkun kontra l-poplu billi jiġi mċaħħad mill-ilma kif qed iseħħ, ikel u bżonnijiet oħra, iżda permezz ta' djalogu, u dan għandu japplika l-istess f'kull pajjiż li jinsab milqut minn gwerra.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ppreżentat bil-ktieb “Leave No One Behind”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ppreżentat bil-ktieb “Leave No One Behind”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow