STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Maħtur Chairperson ġdid għall-Fondazzjoni Kottonera
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali ħabbar il-ħatra ta' Joe Mizzi fil-kariga ta' Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera.
Is-Sur Mizzi twieled il-Kalkara u studja fl-iskejjel Primarji tal-Kalkara u l-Birgu. Huwa studja fl-Istitut Tekniku ta' Raħal Ġdid u kiseb ċertifikat ta' Marine Radio Officer. Wara kompla jistudja wkoll l-elettronika fil-livell avvanzat.
Għal diversi snin is-Sur Mizzi serva bħala Ministru f'diversi dekasteri. Wara huwa kompla jaqdi d-doveri tiegħu bħala deputat Laburista.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli awgurat lis-Sur Mizzi fl-irwol il-ġdid tiegħu. Hija rringrazzjat lis-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield tal-ħidma tiegħu u awguratlu għall-kariga l-ġdida tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934