STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: “Għandu jkollna settur agrikolu sostenibbli, stabbli u kompetittiv” - il-Ministru Anton Refalo fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej
“Malta temmen fl-importanza li s-settur agrikolu jkun sostenibbli, stabbli u kompetittiv. Huwa b’hekk biss li nistgħu ntejbu l-produzzjoni tal-ikel u niżguraw iktar ċertezza li magħha ġġib iktar investimenti fis-settur agrikolu”, qal il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej.
Fil-preżenza ta’ ministri oħra Ewropej, il-Ministru Anton Refalo qal li għandna niżguraw li, “Il-bdiewa tagħna jkollhom ambjent ta’ politika u regolamenti li jaħdmu aktar favur tagħhom. Dan billi jkollhom aċċess mingħajr burokrazija żejda għall-fondi, li jservu għal dħul xieraq filwaqt li tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.”
Bil-pożizzjoni ta’ Malta madwar il-mejda dejjem tiffoka aktar fuq il-punti ta’ konverġenza aktar milli ta’ diverġenza bejn il-kompetittività u l-preservazzjoni tan-natura.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934