STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZJONI Il-Gvern jinnomina lill-Imħallef Ramona Frendo biex isservi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Wara sejħa pubblika maħruġa lura fit-13 ta' Ottubru 2023, u proċess ta' għażla, il-kumitat ta' għażla rrakkomanda lill-Imħallef Ramona Frendo biex tokkupa l-kariga ta' mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'isem Malta.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard feraħ lill-Imħallef Frendo u sostna li l-esperjenza li akkumulat tul dawn l-aħħar snin isservi bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, żgur ser jawguraw tajjeb għall-għażla tagħha. “L-Imħallef Frendo għanda l-kapaċitajiet, il-kwalifiċi u l-esperjenza neċessarja biex isservi f'dan l-irwol tant importanti. L-għażla tagħha bħala l-imħallef nominat f'isem Malta żgur se tkompli televa isem pajjiżna fuq livell Ewropew", saħaq il-Ministru Attard.
Issa mistenni jibda l-proċess ta' approvazzjoni tan-nomina minn entitajiet konċernati u jekk tiġi approvata f'din il-kariga l-ġdida, l-Imħallef Frendo tibda taqdi l-funzjonijiet tagħha f'Ottubru li ġej. Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard irringrazzja wkoll lill-Imħallef preżenti Peter J. Xuereb għax-xogħol li wettaq fl-aħħar sitt snin li għamel jokkupa din il-kariga.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934