Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Jitħabbar il-programm tal-Karnival f'Għawdex 2024 b'bosta attivitajiet għall-familja kollha fil-belt Victoria u f'diversi rħula madwar il-gżira

pr240087
Date Icon 23/01/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda l-programm tal-Karnival f'Għawdex bl-attivitajiet din is-sena jibdew fl-4 ta' Frar u jibqgħu sejrin sat-13 ta' Frar 2024.

Il-Ministru Clint Camilleri qal, “Ta' kull sena jsiru sforzi kbar sabiex din iċ-ċelebrazzjoni ta' arti u ta' kuluri tkompli tissaħħaħ iżda mhux biss. Bħala Ministeru għal Għawdex, li nemmnu fl-artisti lokali, qegħdin nassiguraw li din il-manifestazzjoni mhux biss tkompli tikber, imma aktar minn hekk, tkun waħda sostenibbli."  Huwa fakkar li sabiex dan iseħħ, f'Settembru tas-sena l-oħra għall-ewwel darba tnediet skema li permezz tagħha d-disinjaturi u l-organizzazzjonijiet tal-Karnival f'Għawdex ingħataw għajnuna finanzjarja sabiex jikru post li jkun jista' jintuża għall-bini tal-karrijiet. Dan apparti l-għajnuna li jingħataw il-kunsilli lokali għall-organizzazzjoni ta' attivitajiet marbutin mal-Karnival.

Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan id-Direttorat tal-Wirt Kulturali jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Karnival Reġjonali ta' Għawdex, jiġifieri dak li jsir fil-belt Victoria li din is-sena se jibda fid-9 ta' Frar u jkompli sejjer sat-13 ta' Frar. Barra minn hekk, il-Ministeru jassisti wkoll lil numru ta' kunsilli lokali Għawdxin li jorganizzaw serati marbutin mal-Karnival fil-komunitajiet rispettivi tagħhom. Fosthom wieħed isib il-Karnival spontanju tan-Nadur li minn sena għall-oħra dejjem jikber fil-popolarità tiegħu u li din is-sena se jsir mid-9 sat-13 ta' Frar wara nżul ix-xemx. Fl-4 ta' Frar se jkun hemm attivitajiet mal-Karnival organizzati wkoll fl-Għarb fost oħrajn.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li jinsab persważ li l-attivitajiet mħejjija għal din is-sena se jerġgħu jwasslu sabiex il-Karnival ta' Għawdex ikun esperjenza memorabbli għall-familja kollha u għal sena oħra matul dan iż-żmien Għawdex ikompli jara andament pożittiv marbut mat-turiżmu.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq https://issuu.com/visitgozo/docs/carnival_in_gozo_2024 jew iżur is-sit eventsingozo.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Jitħabbar il-programm tal-Karnival f'Għawdex 2024 b'bosta attivitajiet għall-familja kollha fil-belt Victoria u f'diversi rħula madwar il-gżira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Jitħabbar il-programm tal-Karnival f'Għawdex 2024 b'bosta attivitajiet għall-familja kollha fil-belt Victoria u f'diversi rħula madwar il-gżira
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow