Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani – Il-Ministru Ian Borg

pr240085
Date Icon 22/01/2024

Waqt li kien qed jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fi Brussell, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg tenna li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani. Il-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin issejħet biex tiddiskuti l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani, partikolarment l-eskalazzjoni reġjonali b'attakki fil-Baħar l-Aħmar mill-Yemeni Houthis u s-sitwazzjoni umanitarja dejjem teskala fil-Medda ta' Gaża.

Il-Ministru Borg ikkundanna għal darb'oħra l-attakki atroċi mill-Hamas kontra ċ-ċittadini Iżraeljani fis-7 ta' Ottubru u r-rockets li ntefgħu b'mod indiskriminat, u lkoll appellaw għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha miżmuma mill-Hamas bħalissa.

Madankollu, il-Ministru Borg stqarr li s-sitwazzjoni umanitarja f'Gaża ma tistax tiġi injorata. Il-Ministru esprima t-tħassib ta' Malta dwar il-bżonnijiet tal-Palestinjani f'Gaża, il-vjolenza kontinwa fix-Xatt tal-Punent, u t-tkissir li qed isir f'Ġerusalemm tal-Lvant.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea skambjaw fehmiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, Israel Katz, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Palestinjan, Riyad al-Maliki u Ministri tal-Affarijiet Barranin reġjonali mill-Eġittu, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, u l-Lega tal-Istati Għarab.

Fid-diskussjoni mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, il-Ministru Borg wissa kontra n-nuqqas ta' għarfien politiku għas-sitwazzjoni tal-Palestinjani, peress li dan jista' jwassal għall-eskalazzjoni reġjonali. Il-Ministru Borg, filwaqt li rrikonoxxa d-dritt ta' Iżrael li jiddefendi lilu nnifsu, stqarr li l-atti vjolenti kontra l-Palestinjani minn kolonizzaturi vjolenti għandhom jieqfu, u trid tiġi żgurata responsabbiltà sħiħa.

Il-Ministru Borg tenna l-appoġġ ta' Malta għall-isforzi tal-Unjoni Ewropea mmirati lejn it-tiġdid u l-ħajja mill-ġdid tal-Awtorità Palestinjana. Fid-diskussjoni mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Palestinjan, il-Ministru Riyal ad-Maliki, Borg faħħar lill-Awtorità Palestinjana għall-irwol li qed taqdi fit-twaqqif ta' orizzont politiku u l-isforzi tagħha lejn waqfien mill-ġlied permanenti f'Gaża.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani – Il-Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow