Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tkompli d-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit

pr240074
Date Icon 19/01/2024

Matul is-sena li għaddiet, wara li ġie ffirmat il-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit, bdew numru ta' laqgħat sabiex jibdew jiġu implimentati numru ta' miżuri. L-2024 għandha tkun sena oħra importanti sabiex ikunu implimentati azzjonijiet tanġibbli.

Dan intqal waqt laqgħa bilaterali li kellu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg flimkien mal-Ministru għall-Ewropa tar-Renju Unit Leo Docherty.

Iż-żewġ pajjiżi rrikonoxxew r-relazzjoni bilaterali speċjali li għandhom iż-żewġ pajjiżi u tennew li permezz ta' dan il-ftehim li sar matul l-2023, din ir-relazzjoni tista' tibqa' tissaħħaħ.

Id-diskussjoni kompliet fuq l-aspett multilaterali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Presidenza ta' Malta fuq l-OSCE u anke l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif iż-żewġ pajjiżi se jkollhom il-presidenza matul din is-sena. Hawnhekk ġew diskussi l-prijoritajiet taż-żewġ pajjiżi.

Is-suġġett tal-Presidenza Maltija tal-OSCE kien wieħed li ġie diskuss fid-dettall matul din il-laqgħa. Malta wriet il-gratitudni tagħha lejn ir-Renju Unit għall-appoġġ tagħha f'dan il-mument importanti għall-istorja ta' pajjiżna. Il-Ministru Borg qal li Malta qed tassumi dan l-irwol b'responsabbiltà kbira, fl-istess ħin li tirrikonoxxi l-mument kritiku li d-dinja għaddejja minnu.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Leo Docherty qal li r-Renju Unit japprezza l-isforz u l-impenn li qed tagħmel Malta fuq livell tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u anke l-OSCE f'dan iż-żmien ta' sfida. Huwa qal li jħares 'il quddiem għal aktar kooperazzjoni effettiva b'risq iż-żewġ popli fuq bażi bilaterali.

Kienu diskussi wkoll ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea, il-kunflitt f'Gaża u kunflitti oħra, il-Commonwealth u anke l-immigrazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tkompli d-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tkompli d-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tkompli d-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow